Għin
lill-Partit Laburista
April 3, 2019
Gvern li jaġixxi bi trasparenza
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Gvern li jaġixxi bi trasparenza
Il-Gvern ma kellu ebda problema li r-rapport tal-GRECO jkun ippubblikat. Dan għax il-gvern jaġixxi bi trasparenza tant li llejla stess wera d-disponibbiltà li jiddiskuti dan ir-rapport fil-Parlament. Dan l-aġir trasparenti hu differenti ħafna minn tal-Kap tal-Oppożizzjoni li ma riedx jippubblika dokumenti li tkellem dwarhom fl-aħħar jiem.
Fuq kollox huwa l-Gvern preżenti li qed iwettaq ir-riformi li hemm bżonn biex isaħħaħ id-demokrazija u s-saltna tad-dritt f’pajjiżna. Fl-aħħar snin diġa’ twettaq ħafna u fix-xhur li ġejjin se jitwettaq iktar kif wera l-Gvern meta f’inqas minn mitt jum wara r-rakomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja diġa’ ressaq ‘il quddiem proposti biex ikunu implimentati dawn il-bidliet.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.