Għin
lill-Partit Laburista
April 15, 2019
Gvern li jaġixxi bil-fatti
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Gvern li jaġixxi bil-fatti
Il-Gvern mhux jistenna l-mozzjoni ta’ Adrian Delia biex jibda jaġixxi fuq il-pariri tal-Kummissjoni Venezja u rapporti oħra.
Fil-fatt, wara mitt jum biss u meta Delia kien għadu lanqas ħolom b’sempliċi mozzjoni, il-gvern kien diġa’ ressaq fil-parlament l-ewwel qari biex ikunu implimentati terz tal-bidliet proposti mill-Kummissjoni Venezja.
Dan għax bħalma ġara f’każi oħra dak li ma wettqux 25 sena ta’ gvernijiet nazzjonalisti se jkun qed jgħamlu dan il-gvern. Għax dan il-gvern mhux jitkellem, iżda jaġixxi dwar il-governanza u s-saltna tad-dritt.
Differenti minn Adrian Delia li minkejja d-diskors kollu tiegħu baqa’ qatt ma talab investigazzjoni dwaru nnifsu. Dan minkejja l-akkużi serji li saru u li qatt ma ċċara.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.