• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

February 7, 2021

“Gvern li joffri s-serħan il-moħħ” – il-PM

“Dawn kienu xhur fejn minflok imxejna bil-politika tal-awsterità, bqajna ninvestu fin-nies.”

Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività politika fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun u li kienet konformi mal-miżuri kollha mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Fil-fatt, dwar dan il-Prim Ministru Robert Abela sostna l-kunċett ta’ Tim Malta li qed jadotta dan il-Gvern. Kunċett li se jirbaħ fuq il-firda.

“Tim Malta se jibqa’ dak it-tim rebbieħ li jippreferi l-għaqda u l-imħabba fuq il-firda. Tim Malta li jagħżel il-paċi fuq il-ġlied. Tim Malta li l-mibegħda ma jafx xi tfisser…Deħlin lejn ġimgħat li se jkunu ġimgħat sbieħ imma rridu nkunu ffukati u maqgħudin b’sens ta’ dixxiplina,” qal il-Prim Ministru.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru Abela semma l-ħidma parlamentari tal-Gvern u kif din il-ġimgħa, reġa’ ta lura 50 ġurnata leave li seraq Gonzi PN mingħand il-ħaddiema Maltin u Għawdxin.

“Aħna bil-kontra. Il-festi pubbliċi kollha li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa erġajna tajnihom lill-ħaddiema u dak kollu li ħa Gonzi PN mill-ħaddiema aħna tajnih lura.”

Dr.Abela sostna li fil-pandemija dan il-Gvern ma pprovdiex dan biss. Semma l-iskemi tal-Covid Wage Supplement, il-vawċers u l-moratorji hekk kif qal li dawn se jiġu sostnuti sa kemm hemm bżonn. Madankollu minkejja dan, Dr. Abela saħaq li xorta għad hemm ħidma kbira x’issir u opportunitajiet x’jinħatfu fosthom fil-qasam turistiku.

Hekk kif fl-aħħar ġimgħa, il-qgħad kompla jonqos f’pajjiżna, Dr.Abela rrimarka kif pajjiżna għandu r-raba’ l-inqas rata ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ Maltin meta kkumparat mal-bqija tal-Unjoni Ewropea.

“Minn dakinhar li nedejna l-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika, inħoloq 1800 impjieg ġdid. Dan meta jien ngħid li pajjiżna sejjer tajjeb. Dawn il-fatti li ma jista’ jmerihom ħadd. F’Diċembru li għadda pajjiżna rreġistra bejgħ sitt darbiet iżjed mill-Unjoni Ewropea. Dawn huma l-fatti li ma jmerihom ħadd. Dan kollu huwa frott il-viżjoni ekonomika li għandna għall-pajjiż.”

Il-Prim Ministru semma l-ħidma ta’ dan il-Gvern fil-kuntest ta’ sfidi differenti f’pajjiżna fosthom fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali. Spjega kif taħt amministrazzjoni nazzjonalista din il-problema tpoġġiet taħt it-tapit.

“Il-kelma hija kelma u l-kelma li tajt hija li ma se nħallu lil ħadd waħdu. Investejna miljuni fuq miljuni għal bini ta’ housing soċjali li ilna ma naraw bħalu sa mis-snin 70. Aħna nwieġbu bil-proġetti,” qal il-Prim Ministru hekk kif elenka numru ta’ proġetti fejn miexi ġmielu x-xogħol jew saħansitra kważi tlesta.

Intant, il-Prim Ministru kkonferma kif fil-Qrati Maltin se jinħatru 4 Maġistrati ġodda u 4 Imħallfin ġodda, b’investiment ta’ aktar minn €2 miljun fis-sena.

“Din se tkun l-ewwel darba li se jaħdem il-metodu ġdid ta’ ħatra tal-Imħallfin, fejn bħala Gvern neħħejna s-setgħa tal-Prim Ministru li jaħtar il-Ġudikatura. Setgħa li rajna kif qabel l-2013 ġiet aktar abbużata milli wżata. Din id-darba l-proċess ta’ ħatra jagħżel dwaru l-President tar-Repubblika. Dan huwa l-qasam tar-riformi li tant ħdimna fih.”

Il-Prim Ministru semma wkoll l-investiment għall-Għawdxin u anke l-għajnuna li kontinwament qed jagħti lill-anzjani.

Dwar għajnuna lill-anzjani, il-Prim Ministru aċċenna għall-aħbar li 44,500 anzjan u anzjana se jirċievu pagamenti b’rati ġodda u aħjar marbuta mal-Għotja għall-Anzjani kif ukoll il-bonus għall-persuni li ma kinux ħallsu bolol biżżejjed biex jieħdu l-pensjoni. Dan b’investiment ta’ €15-il miljun. Hawnhekk, il-Prim Ministru saħaq kif għall-kuntrarju tal-Oppożizzjoni dan il-Gvern jaf kemm jiswew il-miżuri li jħabbar u jwettaq.

“Aħna Gvern li x-xogħol inħobbuh. Tuna x-xogħol ħalli nkomplu naħdmu u nagħmlu l-ġid għal dan il-pajjiż.”

Madankollu, il-Prim Ministru tenna l-bżonn li l-Oppożizzjoni tkun iktar preżenti fit-tfassil tal-politika ta’ pajjiżna.

“Sa issa ħlief tmaqdir, kritika distruttiva u tkissir tal-ħidma kollha li saret fl-aħħar xhur ma smajtx. Smajt il-Kap tal-Oppożizzjoni dwar ir-rata li biha bdejna nlaqqmu n-nies. Qas kien jaf ir-rata ta’ dożi tal-vaċċin li laqqamna bihom. Ma nistax nifhem kif f’dan il-mument indawwru d-diskussjoni f’waħda partiġġjana.”

B’hekk il-Prim Ministru tenna kif il-poplu jifhem il-Gvern u r-responsabbiltajiet li għandu fl-assenza ta’ Oppożizzjoni denja għal dan il-pajjiż. Qal li għalhekk, bħala moviment dan il-Gvern irid jibqa’ ffukat u mhux bħal ħaddieħor moħħu fl-elezzjonijiet.

“Aħna mhux moviment li jiġbdilna l-ispag xi Kardinal mill-Imdina, aħna moviment li l-politika tagħna nfassluha madwar in-nies u huma n-nies stess li jfasslu l-politika tagħna…Dan hu moviment li jifhem id-dmir akbar li jibqa’ jmexxi lil dan il-pajjiż sad-data li fiha l-poplu tah il-mandat biex jibqa’ jmexxi u mhux qabel.”

Tenna kid dan huwa Gvern iffukat li jkompli jgħin lil kulħadd. Fil-fatt qal li anke fil-qasam turistiku dan il-Gvern mhux se jirtira s-sapport u s-sostenn meħtieġ lin-negozji biex b’hekk jibqa’ jaqdi d-doveri tiegħu.

Dwar il-miżuri li daħlu fis-seħħ minn dan ix-xahar, il-Prim Ministru appella għall-aħħar ftit żmien ta’ sagrifiċċju. Fil-fatt, il-Prim Ministru kompla jispjega kif iż-żmien ta’ sagrifiċċju qed jonqos hekk kif issa anke l-pjan ta’ tilqim avvanza b’ġimgħatejn oħra grazzi għall-wasla tal-vaċċin tal-Astra Zeneca.

Il-Prim Ministru Abela temm jgħid li minkejja l-ħidma kbira li qed iwettaq dan il-Gvern għad hemm sfidi x’jiġu megħluba u dan il-Gvern kommess li jibqa’ jipprovdi direzzjoni pożittiva għal pajjiżna.

“Importanti li nibqgħu naħdmu flimkien. Importanti li nibgħu ngħollu isem dan il-pajjiż ‘il fuq. Nibqgħu nibżgħu għal isem pajjiżna barra minn xtutna. Ejja nħobbu lil pajjiżna. Ejja nħobbu lil dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin. Determinat li naslu. Dan hu Gvern li investa u li se jibqa’ jinvesti fikom.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
4 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 38
  • Shares: 33
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
21 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 121
  • Shares: 94
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek