• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

January 22, 2020

Gvern serju, iddixxiplinat u ffukat

“F’din il-ġimgħa ta’ deċiżjonijiet, urejna li dan hu gvern serju, iddixxiplinat pero’ ffukat ħafna. Nafu fejn irridu mmorru u se naħdmu… Dak huwa li jrid il-pajjiż u dak huwa li se nagħtukom.”

 

Hekk qal il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela f’attivita’ politika ġewwa Bormla.  “Il-Kottonera hija xhud tal-progress ekonomiku soċjali, ta’ riġenerazzjoni ekonomika u soċjali li għaddejna minnha fl-aħħar seba’ snin. Illum tħossok kburi li tagħmel parti minnu. M’għamilniex biżżejjed. Fadal x’nagħmlu. Imma għalhekk irridu kontinwita’. Nibnu fuq it-tajjeb li għamilna imma fejn hemm bżonn li tagħmel aktar riformi, tagħmel hekk. U mhux biss riġenerazzjoni tat-toroq u tas-swar. Dik qed issir u trid tkompli ssir. Imma hemm bżonn riġenerazzjoni soċjali. Jien ma nemminx kif jemmen ħaddieħor li l-Kottonera hija fost il-problemi. Mhuwiex minnu. Mill-Kottonera, hawn nies li tħossok kburi, ta’ valuri b’saħħithom. Xhied ta’ umilta’, ta’ valuri soda u ta’ prinċipji sodi.”

 

F’ġimgħa deskritta bħala waħda diffiċli, il-Prim Ministru tenna li l-ħidma qed iġġib magħha riżultati sbieħ. “Għamilna ħafna aktar minn dak li stennejna. L-ewwel deċiżjonijiet li ħadna, ħadnihom b’serjeta’. Jien wgħedt u se nkompli nwiegħed li deċiżjonijiet iebsin se jibqgħu jittieħdu biex inpattulkom ftit mill-ħafna fiduċja li intom tajtuna.”

 

Robert Abela saħaq li l-arja friska mhux qed tinħass biss min-nies fit-toroq iżda wkoll mill-imsieħba soċjali. Sa din il-ġimgħa stess, il-Prim Ministru ltaqa’ mal-Kamra tal-Kummerċ u l-Gozo Business Chamber li xehdu dan kollu.

 

“ir-riċetta kienet waħda sempiċi. Nevalwaw x’kienet is-sitwazzjoni imma mbagħad ikollok viżjoni ta’ deċiżjonijiet li jridu jittieħdu u b’hekk tibni dejjem il-kontinwita’. U dan kien is-sigriet tas-suċċess li kellna fl-ewwel ġimgħa,” sostna l-Prim Ministru.

 

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista fisser kif wara l-ħatriet tal-Kabinett ra għaqda sħiħa u rispett lejn id-deċiżjonijiet li ttieħdu. “Nifhem li jkun hemm il-weġgħat. Hija normali pero’ kommess li nħares ‘il quddiem. Nibqgħu naħdmu għall-partit, għall-pajjiż, għal Malta aħjar u din nistgħu nagħmluha biss bi sforz kollettiv.”

 

Robert Abela appella liż-żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom iktar fil-politika b’mod dirett u sostna li huma kapaċi u mimlija talent. “Xtaqt iktar żgaħżagħ. Li kien hemm aktar żgħażagħ, kien ikun hemm aktar żgħażagħ fil-kabinett.” Filwaqt li hu kburi bil-ħatriet tat-tliet nisa fil-Parlament, Robert Abela saħaq li minkejja dan, hemm nuqqas kbir. “Kemm jien kburi bin-nisa li għandna fil-Grupp Parlamentari u fil-kabinett issa. Iżda xtaqt li kien hemm numru akbar ta’ nisa.”

 

Il-Prim Ministru tkellem ukoll dwar kumitat fi ħdan l-istess kabinett li se jkunu qed jidentifikaw u jressqu ‘l quddiem proposti li jsaħħu governanza tajba. “Sinerġija biex nuru kemm verament nemmnu fil-governanza tajba.”

 

Il-Prim Ministru emfasizza kif il-governanza tajba twassal għal aktar tkabbir ekonomiku u aktar investiment f’pajjiżna. “Id-deċiżjonijiet neħduhom aħna. Il-poplu lilna jafda biex immexxu ‘l pajjiż. Dik il-fiduċja se nrodduha lura b’ħidma u deċiżjonijiet.”

 

“Inħares ‘il quddiem ukoll lejn aktar riformi fil-partit. Partit li ħriġna minn mument li kellu l-potenzjal li jaqsamna f’mitt biċċa kif ġara lil ħaddieħor tant snin ilu. Aħna fi ftit sigħat ħriġna aktar magħqudin milli konna.” Hawnhekk, il-Prim Ministru rringrazzja wkoll lil Chris Fearne u dawk kollha li appoġġjawh tal-maturita’ kbira tal-messaġġ li ntbagħat mill-ewwel biex jinġibed ħabel wieħed.

 

Fil-bidu ta’ din l-attivita’ politika, tkellem id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa, Chris Fearne.

 

“Kont, għadni u nibqa’ kburi li jiena Laburist. Kburi bil-Partit tagħna. Kburi bil-pajjiż tagħna. F’dawn is-seba’ snin, għamilna ħafna tajjeb. Irranġajna l-ekonomija tal-pajjiż. Kellna ekonomija li kienet sejra lura bħall-granċ għal ekonomija fost l-aqwa fl-Ewropa… Il-ġid kbir li għamilna f’dawn is-seba’ snin ma jista’ jneħħihulna ħadd. Huwa l-bażi biex inkomplu nibnu għas-snin li ġejjin.”

 

Is-sigriet huwa l-għaqda. “Inżommu dal-partit miftuħ għal kulħadd… Inkomplu nilħqu dan billi ma nfittxux dak li jifred imma nfittxu dak li jgħaqqad. Aħna pajjiż li għandna wisq sabiħ li jgħaqqadna biex inħallu l-ħmerijiet jifirduna. Aħna partit, aħna gvern ta’ kulħadd…Inkomplu nibnu fit-tajjeb, nimxu ‘ l quddiem b’kontinwita’ sabiex flimkien verament nimxu ‘l quddiem.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
8 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 57
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
14 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 639
  • Shares: 144
  • Comments: 50

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

Proset

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek