• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

December 18, 2019

“Ħareġ kemm gidbu fuqi” – il-PM  

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-pubblikazzjoni tal-inkjesta Egrant b’mod sħiħ uriet kemm sar gideb fil-konfront tiegħu u familtu. F’intervista fuq ONE Radio, Joseph Muscat, irrefera għad-deċiżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li jippubblika din l-inkjesta b’għaġġla u qal li issa jrid jerfa’ hu r-responsabbiltà hu ta’ din il-pubblikazzjoni kontra l-parir tal-Avukat Ġenerali u esperti legali oħra.

Il-Prim Ministru kien diġà ddikjara li se jippubblikaha wara proċess immexxi mill-Kummissarju għal-Liġijiet li jara li ma jkunux preġudikati l-investigazzjonijiet.  “Nittama li ma kienx qed jingħata parir biex dan isir biex ikunu mfixkla l-investigazzjonijiet,” qal il-Prim Ministru li tkellem fid-dettall dwar dak li hemm fl-inkjesta.

Qal li issa jista’ jitkellem b’libertà u reġa’ ħareġ li l-konklużjonijiet huma ċari. “Ħareġ kemm gidbu fuqi u fuq marti… Ħareġ ċar iktar minn qabel li kien hemm xi bravu jew brava li ffalsifikaw firem,” qal il-Prim Ministru li nnota kif l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil ħareġ jiftaħar li l-inkjesta ma tgħidx li l-firem mhux iffalisfikati minnu.

“L-inkjesta ma tikkonkludix minn iffalsifikahom… Simon Busuttil tgħabba bihom għax ħareġ in-nies fit-toroq. Ladarba għamilha tiegħu żgur politikament għamilha tiegħu,” qal b’mod ċar il-Prim Ministru li fakkar li dak li kkampanja fuqu għal sena u nofs Simon Busuttil kien ibbażat fuq dokument falz. Xi ħaġa li issa qed jammetiha hu stess.

“Nistenna ġustizzja miegħi u l-familja tiegħi. Il-poplu għandu konferma kemm jien ma nindaħalx lill-pulizija. Kieku ngħidilhom x’ġara minn dan il-każ?” qal il-Prim Ministru li issa qed jidher ċar u tond min kellu jiġi investigat għax għamel dan il-gideb fil-konfront tiegħu.

Ladarba jkun ċittadin privat, iddikjara l-Prim Ministru, se jkun qed jesiġi għall-ġustizzja.

“Nistenna li ssir ġustizzja miegħi u familti u jkun hemm investigazzjoni sħiħa biex naraw minn kienu l-persuni li vvintaw dawn il-firem foloz… mix-xhieda li n-nies jistgħu jaqraw jidher li kulħadd kien qed iwaħħal f’xulxin,” qal il-Prim Ministru li nnota kif l-ewwel kulħadd għamel l-istorja tiegħu, imbagħad kulħadd beda jara f’min se jwaħħal.

“Jekk xejn il-pubblikazzjoni ta’ din l-inkjesta sħiħa turi kif mhux biss din il-kumpanija mhix tiegħi u ta’ marti iżda kien hemm attentat frame up fuqi. Jien għaddejt minn ħafna gideb fil-konfront tagħna. Din kienet l-ikbar waħda,” kompla Joseph Muscat li qal li hu refa’ r-responsabbiltà politika għall-affarijiet oħra.

“Jien l-uniku politiku li meta kien hemm kwistjoni bħal din qbadt u mort għand maġistrat. Il-Kap tal-Oppożizzjoni għandu fil-konfront tiegħu dikjarazzjonijiet b’saħħithom immens… bi skuża jew oħra qatt ma mar biex jitlob inkjesta fuqu nnifsu,” qal Joseph Muscat li nnota kif l-inkjesta turi li anke biex jiċċertifikaw il-firem qabdu iktar minn kumpanija waħda.

“Kien hemm min insinwa li ma ppubblikawx għax hemm xi ħaġa li turi li tiegħu. Issa hemm ċar li ġiet iffalsifikata dokumentazzjoni. Kien hemm attentat ta’ frame up politiku,” qal il-Prim Ministru li ddikjara li mhu se jħalli lil ħadd jipprova jħammeġ ismu fuq affarijiet li mhux aċċettabbli. “Li ninsisti jien. Mhux illum, imma meta nsir ċittadin privat issir li ssir ġustizzja,” saħaq Joseph Muscat li għal iktar mistoqsijiet spjega kif il-parir tal-Avukat Ġenerali kien li jekk jippubblika jkun qed nippreġudika l-investigazzjonijiet.

“Li hu żgur li jekk dak li jagħmel jista’ qed jippreġudika l-investigazzjonijiet mela mbagħad responsabbli hu personalment u politikament,” qal Joseph Muscat li nnota kif Adrian Delia jaf li issa se jduru għalih dawk li qed imexxu fil-Partit Nazzjonalista.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
14 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek