• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

March 10, 2019

Ħatra ta’ President tar-Repubblik

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista     

 

Konna, għadna u se nibqgħu l-bidla

 

F’diskors fiċ-Ċentru Laburista tal-Pietà l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar il-bżonn ta’ ċerti bidliet.  F’diversi setturi emfasizza dwar il-bidla li saret u li qed tħalli r-riżultati, filwaqt li f’oħrajn, partikolarment dak tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, immarka l-bidla li għad trid issir.

Fisser ukoll kif fl-aħħar ġimgħat kellna konferma ta’ kemm dan il-poplu jaf jagħżel bil-għaqal. Kemm meta għażel Malta Tagħna lkoll sitt snin ilu u kemm meta sentejn ilu għażel li jgħix l-aqwa żmien.

“Kellna konferma din il-ġimgħa stess meta ngħalqu l-kotba tas-sena li għaddiet li l-ekonomija reġgħet kibret b’6.6%. Tafu x’qed ngħidu 6.6%? Qed ngħidu d-doppju ta’ dak li jikbru pajjiżi oħra fl-Ewropa,” qal il-Prim Ministru.

Ir-riżultati jfissru li dan il-pajjiż issa spiċċa jipproduċi 12.3biljun. “Aħna lkoll meta naħdmu flimkien qed nipproduċu tnax –il elf miljun ġid f’pajjiżna kull sena. Dak huwa importanti. Għax minn hemm jiġu l-flus biex kull sena nżidu l-pensjonijiet… fil-baġit ta’ Ottubru li ġej nerġġgħu nżidu l-pensjonijiet. U nistgħu ngħamlu hekk għax għadna mexjin fit-triq it-tajba tat-tkabbir ekonomiku,” qal Joseph Muscat li rrimarka wkoll kif żdied ix-xogħol.

Tkellem dwar kif meta jikber il-ġid xorta jibqgħu sitwazzjonijiet ta’ diżugwaljanza. Fejn saħansitra jkun hemm nies li mhux ilaħħqu mal-ħajja.

“Issa jkun hemm min jgħidli. Imma intomx mhux qed tnaqqsu l-faqar? Iva qed inaqqsuh. Illum in-nies f’ċaħda materjali huma n-nofs ta’ dawk li sibna…. Fejn illum qegħdin 14,000. Imma dawk huma 14,000 stallett f’qalbna,” qal il-Prim Ministru li żied: “Għax aħna ma nifilħux li jkollna nies foqra f’pajjiżna.”

Il-Prim Ministru tkellem dwar kif il-gvern jagħti l-għodda biex ikun miġġieled il-faqar li huma l-edukazzjoni, ix-xogħol u x-xibka soċjali. Fisser kif il-faqar għandu għandu wkoll l-element tal-ġeneru. Tkellem dwar kif iċ-child care b’xejn għen lil elulf ta’ nisa li ħarġu fid-dinja tax-xogħol. Għalkemm għamilha ċara kif ic-child care għandu jgħin lill-familja u mhux biss lin-nisa. Għax l-ulied huma tal-familja.

Fisser kif minkejja ż-żieda fin-nisa fid-dinja tax-xogħol baqgħet b’saħħitha d-differenza bejn il-ħlas tan-nisa u l-irġiel.

“Għalija bħala Prim Ministru mhux aċċetabbli. Ma jistax ikollok raġel u mara jagħmlu l-istess xogħol u jitħallsu differenti minn xulxin,” qal Joseph Muscat li fisser kif dan juri li n-nisa qed jidħlu għal xogħolijiet fejn jitħallsu l-inqas livell.

 

Niksbu l-ugwaljanza

 

“L-ugwaljanza f’dan il-pajjiż teżisti fuq il-karta. Jekk mhux se nkunu aħna li nirrikonoxxu dan kollu mhux se jkunu l-forzi konservattivi li sa ftit tas-snin ilu lanqas riedu lill-mara tivvota. Imma hemm ħafna iktar bżonn li naħdmu għal ugwaljanza. Mill-ġdid l-ugwaljanza tiksibha meta jkun hemm ir-rieda politika,” saħaq il-Prim Ministru li spjega t-titjib li kien hemm f’diversi oqsma għax eżistiet ir-rieda politika tal-gvern.

Qal kif il-Qrati ilhom jeżistu kemm ilha teżisti d-demokrazija f’pajjiżna.

“Tafu intom f’dawn is-snin kollha kemm qatt kellna maġistrati jew Imħallfin irtirati nisa? Xejn,” qal il-Prim Ministru.

“Tgħidulha ugwaljanza dik. Jien ma ngħidiliex ugwaljanza. Turi kemm aħna pajjiż diżugwali. Aħna writna sitwazzjoni bħal din u ħadna deċiżjoni ċara,” qal il-Prim Ministru li spjega kif illum hemm iktar nisa fil-ġudikatura milli rġiel.

“57% tan-nomini kollha fil-ġudikatura li għamel dan il-gvern kienu nisa,” spjega l-Prim Ministru. Hawn irrefera għal dak li jistgħu jkunu qed jgħidu ċertu persuni ta’ sess maskili li forsi jgħidu li ftit li xejn jimportahom.

“Jien ma naf bl-ebda missier, l-ebda nannu li jrid li t-tifla tiegħu jew in-neputija tiegħu tkun inqas mit-tifel jew in-neputi tiegħu,” qal il-Prim Ministru.

Hawn spjega kif kemm ilna neleġġu parlamenti kien hemm 27 mara  membru tal-Parlament u  mijiet ta’ irġiel.

“Għalija hija b’mod ċar diżugwaljanza,” qal il-Prim Ministru li kellu appell għal min jgħid li l-ugwaljanza niksbuha b’iktar edukazzjoni u iktar għarfien u billi nagħtu ż-żmien. “Iż-żmien tajnih u ma ċċaqlaqnix. Issa jew inħallu din is-sitwazzjoni li għaliha mhix aċċetabbli. Jew aħseb u ara kemm hi aċċetabbli għal nofs il-popolazzjoni li hi nisa,” tenna l-Prim Ministru li għal darb oħra spjega kif il-gvern mhux kwoti se jipproponi.

“Aħna se nipproponu mekkaniżmu fejn ikollna spazju iktar liema spazju se jkun mogħti lin-nisa… Mekkaniżmu ta’ miżuri pożittivi li jkunu temporanji,” żied il-Prim Ministru li fakkar li hemm mandat għal dan.

“Fl-organi tal-partit laburista u l-gvern għandna konverġenza u għaqda li huma miżuri li naqblu fuqhom. Inħares ‘il quddiem li nibdew diskussjoni pubblika ħa naraw il-poplu x’jaħseb,” qal Muscat li rrefera wkoll għas-sehem tal-oppożizzjoni.

 

Infrastruttura ġdida

 

Hawn tkellem ukoll dwar bidla oħra. Il-bidla li trid issir lejn karozzi elettriċi.

“Irrid li nkunu wieħed mill-ewwel pajjiżi fl-Ewropa li nixtru sistemi differenti… L-Ewropa diġa’ qed tippjana għal dan. Jiex nixtieq li nkunu fl-ewwel grupp,” spjega l-Prim Ministru li spjega kif iħares ‘il quddiem li Għawdex ikun il-proġett pilita ta’ Malta u Malta l-proġett pilota tal-Ewropa.

Fisser kif il-bidla fil-ġenerazzjoni tal-elettriku l-gvern neħħa 90% tal-elementi tossiċi li kienu jintefgħu fl-arja bil-qalba għall-gass. U għalhekk issa jonqos l-sifida tat-traffiku.

“Irridu naraw kif ngħamlu din il-bidla. Trid tkun bis-sens,” kompla l-Prim Ministru li fisser kif din trid tkun pjanata.

Fost oħrajn għax hemm effett fuq il-flus li jiġbor il-gvern mis-sisa fuq il-fuel. Punt ieħor hu li meta mitluba biex jixtru karozzi tal-elettriku jridu postijiet fejn jiċċarġjaw u trid tagħti ċ-ċans lil dak li jkun jgħamel dan id-dar. “Imma jekk int tiċċarġja d-dar il-kont se jgħolilek. Irridu skemi li permezz tagħhom jekk se tixtri karozza u tiċċarġja f’ċertu ħinijiet int ma tħallasx daqshekk,” qal il-Prim Ministru.

Fuq kollox spjega kif dan ikompli jagħti iktar sens lill-pjan tal-gvern.

“Kieku ma kellniex il-power station il-ġdida din il-qalba għall-elettriku ma nistgħux nagħmluha. Għax il-power station l-antika kienet żgħira wisq… aħna meta għamilna dik il-qalba kellna diġa’ f’moħħna dan l-iżvilupp,” żied Joseph Muscat li fakkar kemm kien hawn min kien kontrih.

Żied li bħala pajjiż irridu nkomplu navvanzaw fil-ħsieb tagħna dwar l-investiment. “Kemm ħadt pjaċir din il-ġimgħa li meta ħaddieħor m’emminx u meta ħaddieħor bejda jitmejjel u meta ħaddieħor beda jiddieħak… din il-ġimgħa morna ftaħna l-American University of Malta. Diġa’ investiment ta’ €25 miljun,” qal il-Prim Ministru.

Iddeskriva dan kollu bħala frott ta’ deċiżjonijiet.

“Nistgħu niddeċiedu aħna għax tiddeċiedu intom,” qal il-Prim Ministru.

“Anke min jirrappreżenta lill-pajjiżna fl-istituzzjonijiet Ewropew importanti. Jien naf li filwaqt li ħafna nies huma konvinti hemm oħrajn li jkollkom xi tip ta’ rabja jew kwistjoni. Ejjew ‘il quddiem…” temm jgħid Joseph Muscat filwaqt li qal li dan ma jfissirx li kulħadd ikollu raġun. Iżda, għandu jkun hemm djalogu onest.

Fuq kollox temm il-Prim Ministru l-ħidma tibqa’ għaddejja biex ikollna Malta Ħielsa li tkun ukoll Suċċess.

 

Ħatra ta’ President tar-Repubblika

 

Il-Prim Ministru beda d-diskors tiegħu billi sellem il-ħidma tla-President Marie Louise Coleir Preca u tkellem dwar in-nomina tat-tabib Georg Vella.

“Ħadt pjaċir li kien hemm qbil ġenerali dwar il-kwalitajiet ta’ Dr Vella,” qal Muscat li nnota kif għamel iktar minn 40 sena fil-politika u ma sisbx każ wieħed fejn dak li jkn intefa’ dell fuqu.

“Aħna ħarsina lejn il-kwalitajiet ta’ persuna. L-istess mod kif ħarsina għal kwalitajiet ta’ persuna meta aċċettajna n-nomina tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex naħtru lil Dr George Hyzler bħala kummissarju għall-istandards,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
13 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 173
  • Shares: 20
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
18 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 719
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 6
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek