Għin
lill-Partit Laburista
February 17, 2020
Ħatriet ġodda fil-Partit Laburista
Ronald Vassallo se jassumi l-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni ġdid tal-Partit Laburista. Vassallo għandu 23 sena u huwa kwalifikat b’Masters fil-Politika, Liġi u Ekonomija Ewropea. Huwa se jkun qed jokkupa din il-kariga wara li fl-aħħar sena u nofs serva bħala Koordinatur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista.
Il-Partit Laburista jixtieq jirringrazzja lil Aleander Balzan għall-ħidma tiegħu fil-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni fl-aħħar snin wara li għażel li jissokta bil-karriera tiegħu fi bnadi oħra.
Il-Partit Laburista huwa xhieda ta’ tiġdid kontinwu u ta’ kontinwazzjoni ta’ bidla ġenerazzjonali fi ħdanu, dejjem lest għal aktar sfidi u suċċessi.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.