• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

March 28, 2019

Ħelsien sħiħ jeħtieġ l-ugwaljanza

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista

 

Ħelsien sħiħ jeħtieġ l-ugwaljanza

 

Il-Ħelsien ma jfissirx iżolament, filwaqt li l-Ħelsien sħiħ jeħtieġ l-ugwaljanza. Kien dan il-messaġġ tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, f’diskors li għamel fl-okkażjoni tal-erbgħin sena mill-kisba tal-Ħelsien ta’ pajjiżna quddiem il-mafkar li jfakkar din il-ġrajja fil-Birgu.

“Il-wegħdiet ta’ erbgħin sena ilu qegħdin jitwettqu. Dakinhar saret wiegħda lill-poplu Malti u Għawdxi li jekk jieħu rajh f’idejh kien se jkun pass għall-aħjar,” qal il-Prim Ministru fil-ftuħ tad-diskors tiegħu.

Tkellem dwar kif ikun hemm ħafna min jippriedka l-patrijottiżmu, in-nazzjonaliżmu u l-kważi n-nazzjonaliżmu estrem li sar jappella għal tant. “Forsi hija ironija li aħna li nemmnu bil-maqlub ta’ dan kollu qed niċċelebraw il-ħelsien… Għalina l-ħelsien mhux iżolament… il-Ħelsien li tawna missirijietna kien għodda biex nieħdu rajna f’idejna u nkunu membri effettivi ta’ komunità globali,” tenna l-Prim Ministru.

Saħaq li l-Ħelsien ma kienx li nitilqu mill-kamra Ewropea u Mediteranja, iżda li nkunu hemm indaqs u daqs ħaddieħor.

“Għax bla ħelsien ma stajniex ngħamlu dak li kien hemm bżonn ngħamlu biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem. Biex niddeċiedu fejn għandna mmorru u niddeċiedu li ma nibqgħux waħedna,” tenna Joseph Muscat.

“Għalhekk il-Ħelsien u l-iżolament… il-ħelsien u l-kurrenti estremi u nazzjonalisti huma totalment bil-maqlub ta’ xulxin,” tenna l-Prim Ministru.

“Għax dan kien punt ta’ wasla għall-poplu tagħna, iżda wkoll punt ta’ tluq. Punt ta’ tluq għall-ġustizzja soċjali għax kien mill-idea tal-ħelsien li twieldu benefiċċji li nagħtu,” qal Muscat li rrefera għall-bidliet importanti bħal pensjonijiet u l-paga minima fost oħrajn.

Hawn fisser kif l-ugwaljanza parti mis-sisien ta’ din is-soċjeta’. Beda biex tkellem dwar l-ugwaljanza fost il-ġnus.

“Kif jista’ poplu li ħadem biex ikun ugwali ma’ ħaddieħor jaċċetta d-diżugwaljanza fostna? Li jkollna min hu fostna li b’xi mod jew ieħor li mhux indaqs. L-ewwel ugwaljanza hija dik tal-bnedmin, li l-bnedmin huma kollha ndaqs,” qal il-Prim Ministru. “Irridu niftakru lil dak il-ġens li jrid lil-ħaddieħor bħala indaqs ma jistax ma jqisx lil ħaddieħor hu ndaqs. Il-bnedmin huma kollha indaqs,” qal Joseph Muscat li fisser kif l-ebda kategorija ta’ nies mhi inqas minn ħaddieħor.

Irrefera għall-bidliet li saru fl-ugwaljanza fl-aħħar snin u sostna li għalih huma tfakkira ta’ kemm illum għandna affarijiet li messna għamilnihom qabel. Inkluż il-bżonn ta’ ugwaljanza bejn is-sessi.

“L-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Bejn in-nisa u l-irġiel. F’pajjiżna għad m’għandniex ħelsien sħiħ. Għadna f’sitwazzjoni fejn in-nisa huma meqjusa inqas mill-irġiel,” qal il-Prim Ministru.

Fakkar kif kull meta l-moviment Laburista kellu t-tmexxija tal-pajjiż ingħataw sinjali b’saħħithom favur is-sehem tal-mara fl-istituzzjonijiet.  Enfasizza li trid tkun xi ħaġa normalissima li jkun hemm rappreżentanza adegwata ta’ nisa u rġiel

“Qed immexxu ‘l quddiem riforma ambizzjuża oħra. Riforma li permezz tagħha nibgħatu sinjal b’saħħtu lil eluf ta’ tfajlie u nisa. Ngħidulhom li posthom qiegħed fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet,” sostna l-Prim Ministru li saħaq li biex jingħata dan l-ispazju hemm bżonn ir-riformi.

“Bidla li meta ssir jien konvint li jgħaddu ftit snin u nibku għax ngħidu għaliex ma saritx qabel. Se nerfgħu din ir-responsabbiltà u nkunu aħna mill-ġdid li ndaħħlu dawn ir-riformi li jiddistingwuna bħala moviment,” qal il-Prim Ministru li fisser kif ir-riformi ma jiġux mingħajr diffikultajiet. Iżda, l-kuraġġ jiġi mill-fatt li mexjin fid-direzzjoni t-tajba.

“Id-direzzjoni li tassigura l-għaqda nazzjonali. Jien nemmen li dan il-poplu jħobb lill-pajjiżu,” qal il-Prim Ministru li tenna li l-Maltin huma kburin b’pajjiż parti  minn komunita internazzjonali li kapaċi jimxi u jmexxi.

Il-Prim Ministru temm id-diskors tiegħu billi sostna l-għaqda nazzjonali u kif il-Ħelsien hu ġrajja minn katina ta’ ġrajjiet li għamlu minn pajjiżna dak li hu llum.

 

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek