• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 29, 2019

Iċ-ċertezza bidla ewlenija fir-riforma fil-liġi tal-kera

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, tkellem dwar ir-riforma fil-liġi tal-kera mħabbra iktar din il-ġimgħa.

Fisser kif waħda mill-bidliet ewlenin hija ċ-ċertezza li mistennija ġġib din il-bidla.

Il-Prim Ministru qal li waħda mill-affarijiet li tkidd lil ħafna hi li jkun hemm nies li qegħdin fil-kera u meta jiġi l-aħħar tax-xahar jkunu infurmati minn sid il-kera li se jżid il-kera ħabta u sabta.

Għalhekk, waħda mill-bidliet hi li kull darba darba jrid ikun hemm kuntratt.  Dan għall-kirjiet kollha ta’ wara l-1995 u xi eċċezzjonijiet bħat-turiżmu.

“Irrid ikun hemm kuntratt. Sal-lum il-ġurnata ħafna minn nies li qegħdin f’kera m’għandhomx kuntratt. M’għandhoxm biċċa karta… Ma titwemminx imma hekk hi,” qal il-Prim Ministru.

Hawn fakkar kif il-gvern naqqas it-taxxa wkoll fuq il-kirjiet bħala inċentiv ċar biex wieħed jiddikjara l-kirja.

“Issa bilfors irid ikollok kuntratt u l-kuntratt jista’ jireġistrah kemm is-sid, kif ukoll min qed jikri. Jekk ma tgħamilx hekk hemm multi ħorox ħafna fuq is-sid,” spjega l-Prim Ministru li tenna li dan hu l-ewwel punt li se jġib ċertezza.

“Dan il-kuntratt ma jistax ikun għal inqas minn sena. F’dak il-kuntratt int taf eżatt kemm se tħallas għal matul dik is-sena,” spjega l-Prim Ministru li tenna li f’dan il-qasam se tiddaħħal serjetà.

Fisser kif jekk sid il-kera jrid jew jgħolli l-kirja jew jgħamel għażliet oħra ta’ x’jgħamel bil-prroprjeta tiegħu jrid jagħti avviż tliet xhur bil-quddiem. Jekk dak l-avviż ma jingħatax il-kirja tibqa’ għaddejja.

Il-Prim Ministru tkellem kif fis-settur sal-lum kellna ġungla u hawn spjega kif il-gvern ma setax jintervjeni b’mod goff. Dan għax meta seħħ hekk is-sidien li raw regolamenti eċċessivi neħħew il-proprjetà tagħhom mis-suq tal-kirjiet u hekk kien jerġa’ jikber il-fenomenu tal-postijiet vojta. Il-gvern ma riex jidħol lanqas fil-periklu li jfassal liġi restrittiva li tkun sfidata quddiem il-Qrati fejn dawn jgħidu li tikser id-dritt tal-bniedem.

Il-Prim Ministru emfasizza kif il-gvern irid jinċentiva wkoll biex ikun hemm kuntratti iktar fit-tul. Dan b’inċentivi finanzjarji skont il-proprjetà u t-tul tal-kirja.

F’kuntratt bħal dan, li jkun ta’ sentejn jew tlieta, is-sid jintrabat fuq kemm tiżdied il-kirja fejn din tista’ tgħola mhux iktar minn 5%, skont l-indiċi tal-inflazzjoni f’dan is-settur.

Il-Prim Ministru fisser kif il-gvern lest jisma’ iktar anke meta l-liġi tersaq quddiem il-parlament qabel il-btajjel tas-sajf.  Il-Prim Ministru tkellem dwar kemm din hija bidla kbira u r-reazzjoni li kien hemm turi l-bilanċ li ntlaħaq fit-tfassil ta’ din il-liġi.

 

Regoli li jispeċifikaw dak li suppost diġa’ jsir

 

Meta tkellem dwar il-qasam tal-kostruzzjoni l-Prim Ministru tenna li xi ħaġa kien hemm bżonn li jsir, tant li kienet il-Kamra tal-Periti stess li qalet li s-settur qiegħed fi kriżi. “Ir-regoli sempliċiment jispeċifikaw dak li suppost kien qed isir. Ma naħsibx li dħalna f’sitwazzjoni fejn speċifikament ivvintajna xi ħaġa ġdida imma iktar minn hekk speċifikajna affarijiet li suppost diġa’ qegħdin isiru,” qal il-Prim Ministru li tenna li r-responsabbilta trid tkun qed tintrefa veru.

“Issa hemm affarijiet x’ nistgħu nikkoreġu, nirranġaw? Urejna din il-ġimgħa stess li aħna miftuħin,” qal il-Prim Ministru li rrefera għall-irwol tas-site technical officer u kif dan kien il-punt li qajjem il-kontroversja.

Il-Prim Ministru qal li dan m’għandux ikun fuq is-sit il-ħin kollu iżda x’ħin jittieħdu deċiżjonijiet, jew isiru affarijiet, kruċjali.

Hawn innota kif fil-bidu l-gvern kien qed jgħid li dan kellu jkun perit, issa l-gvern se jiftaħ iktar għall-professjonisti oħra li jħossu li huma lesti jidħlu għal din ir-responsabbilta fosthom l-inġiniera u studenti li qed jikkwalifikaw mill-MCAST f’korsijiet speċjalizzati marbuta mal-kostruzzjoni.

B’referenza għal kwistjonijiet ta’ spejjeż il-Prim Ministru sostna li ħafna mir-rapporti li qed issir referenza għalihom suppost diġa’ jsiru.

Spjega li issa jidher li tkompla x-xogħol fuq iktar minn 400 sit.

Fl-intervista l-Prim Ministru tkellem ukoll dwar ir-reġistru tal-kumpaniji li issa se jibda jaħdem b’mod irriformat u minn binja ġdida fiż-Żejtun.

“F’Malta għandna kważi 92,000 kumpanija reġistrati, jekk inkunu b’dan ir-ritmu fi żmien sentejn ikollna mal-100,000 kumpanija,” qal il-Prim Ministru li bil-Malta Business Registry se jkun hemm sistemi iktar moderni u li jiffaċilitaw il-ħajja tal-klijenti.

“Is-south sal-lum il-ġurnata dejjem kien il-post fejn tgħamel affarijiet industrijali, forsi affarijiet li jħammġu, affarijiet turistiċi,” qal il-Prim Ministru li tenna li dan hu sinjal li s-south jista’ jkun ċentru tan-negozju wkoll. Fisser kif f’dan il-lok se jkun hemm entitajiet oħra wkoll.

B’referenza għar-riżultati ta’ din il-ġimgħa fis-settur tal-qgħad il-Prim Ministru qal li l-gvern se jibqa’ għaddej fuq dan kollu. “Inżilna għall-ewwel darba taħt l-1,700 jirreġistraw għax-xogħol. Qed inħassru l-qgħad mill-vokabolarju ta’ dan il-pajjiż,” tenna l-Prim Ministru li tkellem dwar il-kwalità tax-xogħol.

Hawn irrefera għal preżenza tiegħu f’Londra din il-ġimgħa fejn attenda konferenza dwar il-kannabis mediċinali. “Kellna interess enormi ta’ iktar investiment li ġej lejn pajjiżna. Sa issa f’dan il-qasam diġa’ ġibda investiment b’saħħtu fejn se nkunu noħolqu 700 xogħol ta’ kwalità b’pagi li huma ogħla min-normal,” qal il-Prim Ministru li spjega kif l-ewwel kumpaniji se jibdew jesportaw mill-pajjiż fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla.

Joseph Muscat temm jgħid li l-aħħar jiem kienu jiem ta’ xogħol intensiv, l-istess se tkun il-ġimgħa d-dieħla. “Biex inkomplu b’din il-mixja b’saħħitha li Malta qabdet,” qal Joseph Muscat.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
4 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 90
  • Shares: 10
  • Comments: 1

Comment on Facebook

OFFERTA SELF!!! Jeħtieġ li ssolvi problemi ekonomiċi jew ikollok diffikultà biex tikseb self Offerta ta’ self għal persuna serja u onesta, ikkuntattjana, ir-rata tal-imgħax tagħna hija ta’ 2%. Ikkuntattjana privatament (MESSENGER)

Partit Laburista
8 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 579
  • Shares: 59
  • Comments: 49

Comment on Facebook

Good mòrning to all

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Viva l Labour

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Suldati ta'l azzar fil kju

Il jum it tajjeb il kulhadd

Bongu

Proset

Bongu

Bonġu u prosit PL 🇲🇹❤️

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 76
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 20
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 60
  • Shares: 41
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek