• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

June 29, 2020

Id-deċiżjonijiet qed noħduhom biex il-Partit Laburista jibqa’ jissaħħaħ – PM

Il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li d-deċiżjonijiet kollha li qed jittieħdu se jkunu qed iħallu l-frott meħtieġ fiż-żmien li ġej fl-isfond ta’ tmexxija tal-ogħla livell ta’ governanza tajba li jibqa’ jixpruna l-ekonomija ‘il quddiem.

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal dan waqt intervista mill-ġurnalisti indipendenti Chris Peregin minn Lovin Malta, Keith Micallef mit-Times of Malta u Claudio Coleiro mill-Union Print fuq One meta mistoqsi dwar id-deċiżjonijiet li ħa hu bħala Prim Ministru, il-Gvern u l-Partit Laburista fl-aħħar xhur.

“Jiena nemmen li l-governanza t-tajba u l-ekonomija huma kumplimentari għal xulxin. Jiġifieri li inti jkollok pajjiż b’bażi b’saħħitha ta’ governanza tajba li ma jeskludix li jkollok ekonomija li timxi ‘l quddiem u qed naraw f’dawn l-aħħar 5, 6 xhur kemm dan huwa minnhu.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll kif id-deċiżjonijiet qed jittieħdu favur is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba f’pajjiżna u xhieda ta’ dan hija r-reazzjoni tal-Kummissjoni Venezja għar-riformi li rrakkomanda Gvern Laburista fl-aħħar ġimgħat.

Dwar dan ir-rapport favur it-trasparenza f’pajjiżna l-Prim Ministru qal li pajjiżna jrid li jkun mudell għas-Saltna tad-Dritt.

Spjega wkoll ix-xogħol li qed isir b’rittmu mgħaġġel sabiex dawn ir-riformi jinbidlu f’liġijiet.

“Ir-rapport tal-Kummissjoni Venezja wassal biex saru l-emendi kollha li huma meħtieġa bħala dawk li huma l-aktar kruċjali. Ir-rapport tajjeb li nsemmi li ġie segwit bl-abbozzar tal-liġijiet jiġifieri mhux biss ħarġet l-opinjonji finali tal-Kummissjoni Venezja imma issa mill-ewwel aħna lestejna t-texts tal-liġijiet li se jkunu qed jibdlu f’liġi dak li qbilna dwaru. Dawk intbgħatu lill-Kummissjoni Venezja biex tikkonferma li l-emendi jikkonformaw mal-opinjoni finali li qbilna dwarha. Immedjatament umbagħad se nkunu qed immexxu biex dawk il-liġijiet, dawk l-abbozzi jiġu intavolati fil-Parlament. Dan qed ngħidu li mhux qed norqdu fuq is-suġġett u mexxejna ‘l quddiem b’rittmu mgħaġġel u waqt il-Covid-19 bqajna għaddejin u b’hekk illum għandna riżultat inkoraġġanti.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll li ma jarax ħtieġa biex tissejjaħ elezzjoni bikrija.

“Bħalissa l-pajjiż jeħtieġ stabbiltá. Jeħtieġ li niffukaw fuq l-ekonomija, inħallu n-negozji tagħna li jaħdmu b’mod trankwil. Ma tistax tgħid li tajna recovery package ta’ €900 miljun u umbagħad tneħħi t-tapit minn taħt in-negozji u tidħol għal xhur ta’ inċertezza. Jien inħares lejn l-interessi tal-pajjiż l-ewwel.”

Meta mistoqsi dwar il-privileġġ parlamentari u l-użu tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela qal li dan mhux suġġett ġdid u li kultant żmien dejjem jitqajjem dibattitu dwaru wara li jkun sar abbuż fl-użu tiegħu.

“Sfortunatament ikollok sitwazzjonijiet ta’ politiċi li jabbużaw minn dan il-privileġġ li jqajmu dibattitu dwar għandux jintuża dan il-privileġġ…L-appell tiegħi li nagħmel hija regola sempliċi li jien dejjem nara li nosservah. Dan il-privileġġ nużaw bil-qies u għall-iskop intenzjonali tiegħu.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll l-importanza tal-iskrutinju tal-midja f’pajjiżna.

“Dak huwa l-irwol tal-midja indipendenti li tmexxi l-messaġġ b’saħħtu ‘il quddiem. Li l-istandards etiċi tal-politiċi jittella’‘l fuq.”

 

 

Xogħol il-Gvern hu li jagħti r-riżorsi kollha biex il-Korp tal-Pulizija jagħmel xogħolu

Il-Prim Ministru qal li huwa ta’ diżappuntat li l-Oppożizzjoni abdikat minn funzjoni tant importanti ta’ skrutinju tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Meta mistoqsi dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija ġdid, is-Sur Angelo Gafá huwa qal li dan il-proċess ta’ skrutinju ġdid u trasparenti, ipparteċipa kulħadd minbarra l-Oppożizzjoni.

Dan hekk kif kien hemm anke l-midja wkoll li bagħtet il-mistoqsijiet kollha sabiex jiġu mistoqsija lis-Sur Gafá.

Il-Prim Ministru faħħar ukoll l-ewwel deċiżjonijiet tas-Sur Gafá fosthom il-ħatra ta’ Alexandra Mamo biex tmexxi t-Taqsima tar-Reati Ekonomiċi. Waħda minn sensiela ta’ deċiżjonijiet li se jkomplu jsaħħu l-fiduċja tal-poplu lejn il-Korp tal-Pulizija.

“Nemmen li l-Korp tagħna għandu futur li huwa b’saħħtu ħafna u nemmen li t-trust rating ta’ pajjiżna lejn il-Korp tal-Pulizija se jkun qed jimxi ‘l quddiem.”

Intant il-Prim Ministru tkellem dwar l-aħħar żviluppi fil-Qorti bejn l-Unjin tal-Bdoti, l-Alpa u l-Airmalta. Huwa appella għar-responsabbilitá.

“Jiena nappella li l-piloti jifhmu kif fehmu l-bqija tal-unjins li kien hemm settur tal-avjazzjoni mejjet għal 3 xhur u kellek din l-ironija li l-anqas persuni imħallsin kienu l-aktar persuni li għamlu sagrifiċċju. Ma jistax ikun li dak il-kriterju tant importanti, il-piloti jgħidu le…Dan fl-aħħar biex niggarantixxu l-vijabbiltá tal-linja tal-arju tagħna.”

Fil-fatt il-Prim Ministru Abela qal li l-miri li għamel pajjiżna għaż-żmien li ġej fis-settur turistiku se jkunu qed jintlaħqu u jixtieq li l-kumpanija tal-linja tal-ajru nazzjonali, tkun parti minn dan is-suċċess.

“Jekk hux ħa nilħqu t-targets li għandna prospettati, ambizzjuż li nilħquhom. B’mod jew ieħor dawk it-targets se nilħquhom u jien nixtieq li l-Air Malta tkun parti mis-suċċess ta’ pajjiżna fix-xhur li ġejjin li ngħidu li settur li telaq minn 0 għax illum huwa mejjet irnexxielna nqajmuh ‘il fuq.”

Robert Abela temm jgħid li l-Gvern irid ikun katalista għall-ħolqien tal-ġid f’pajjiżna.

Iva, jiena x-xewqa tiegħi għall-poplu tagħna kollu hija li fil-ġranet li ġejjin, fil-ġimgħat li ġejjin jgawdu l-ħajja u l-familji, jaħdmu fin-negozji tagħhom, jaħdmu b’mod b’saħħtu, l-importanza tal-valur tal-familja tagħhom. Dan huwa li jixtiequ n-nies tagħna u l-Gvern irid ikun katalista għal dan kollu filwaqt li jżomm lill-pajjiż miexi b’direzzjoni u viżjoni ċara f’dak li huwa sewwa, valuri li huma b’saħħithom. Fl-aħħar mill-aħħar l-għan prinċipali tagħna jibqa’ l-ħolqien tal-ġid. Kommess li nibqgħu b’ħidma ambizzjuża u li nibqgħu nagħmlu l-ġid għan-nies tagħna.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
9 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
16 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 644
  • Shares: 144
  • Comments: 51

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Iktar moqdijien l ex nazzjonalisti,li gew mal lejber biex jakwistaw u jhaxnu bwiethom,milli moqdijien inthom il laburisti ta triq

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek