Għin
lill-Partit Laburista
January 28, 2020
Ikun aħjar li Casa u Metsola jaħdmu f’isem Malta milli f’isem l-interess partiġġjan tagħhom
Filwaqt li l-Prim Ministru Robert Abela qed jitkellem mal-istituzzjonijiet kollha Ewropej sabiex ikompli jwassal il-messaġġ li Malta qed taħdem qatigħ favur is-saltna tad-dritt u l-Governanza tajba u dan billi ttieħdu numru ta’ mizuri konkreti, il-membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista, f’okkażjoni fejn setgħu wrew l-id tal-ħbiberija u l-kooperazzjoni, għażlu li jippolitiċiżaw laqgħa mitluba mill-Prim Ministru bħala sinjal ta’ rieda li jkun hemm aktar djalogu magħhom.
Il-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola ma laqgħux lanqas it-talba li għamel il-Prim Ministru li l-laqgħa tal-lum ma ssirx bejn il-MPE tal-Partit Laburista u dawk tal-Partit Nazzjonalista iżda bħala Membri Parlamentari Ewropej Maltin flimkien.
Ikun aħjar li Casa u Metsola jneħħu l-għamad politiku minn quddiem għajnejhom fi żmien fejn ittieħdu d-deċiżjonijiet u se jkomplu jittieħdu d-deċiżjonijiet, anke dawk iebsa.
Spiċċa ż-żmien li Casa u Metsola jġibu l-interess partiġġjan qabel dak Nazzjonali.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.