• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

September 27, 2020

“Il-baġit li jmiss se juri r-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern” – Il-PM

Jiem qabel jiġi ppreżentat il-baġit għall-2021, il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jkollna baġit tajjeb minkejja l-pandemija tal-COVID-19.

 

“Nista’ nieħu triq faċli bħalma kien jiġri qabel l-2013 fi kriżi dinjija u nżidu t-taxxi u nissikkaw iċ-ċintorin, imma dan huwa Gvern li jemmen fil-kwalità tal-ħajja tan-nies u biex tagħti kwalità ta’ ħajja tajba trid budget li jaħrab l-awsterità u jinċentiva lin-nies.”

 

Il-Prim Ministru ħabbar li l-għajnuna tal-Gvern fi ħlas tal-pagi – il-COVID Wage Supplement – se tiġi estiża u se tibqa’ tingħata anki wara Ottubru.

 

Qal li l-baġit għall-2021 se juri r-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern, u se jkun imsejjes fuq il-pensjonanti, il-ħaddiema u n-nies li qed jaqgħu lura.

 

Qal ukoll li se jkun baġit li jinċentiva lin-negozji li kienu kruċjali biex żammew lill-pajjiż għaddej fl-agħar żmien tal-pandemija u hawnhekk innota kif ir-rata ta’ qgħad f’pajjiżna kompliet tonqos f’perjodu meta r-rata ta’ qgħad f’pajjiżi oħra qed tiżdied.

 

Fost pilastri oħra f’dan il-baġit, il-Prim Ministru semma l-infrastruttura, liema prinċipju se jkun imsejjes fuq it-titjib tat-toroq, l-iżvilupp taż-żoni industrijali tal-pajjiż, l-investiment barrani u l-ambjent.

 

Robert Abela saħaq fuq il-bilanċ tal-inċentiv lin-negozji u lill-ħaddiema.

 

“Se nkun it-tarka ta’ kull negozju onest f’dal-pajjiż, ta’ kull ħaddiem li jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum b’mod onest, mhu se nħalli lil ħadd iweġġagħhom. Nifhem li hemm min qed iħares lejn din l-istrateġija biex jipparalizza l-ekonomija tal-pajjiż u se jsib tarka b’saħħitha ħafna fija. Dan huwa Gvern li jemmen fil-ġid, fit-tajjeb tal-bniedem, li jkollna distribuzzjoni ekwa tal-ġid… Ilbieraħ mal-Grupp Parlamentari ppjanajna programm ta’ ħidma ambizzjuż. Aħna Gvern li jwiegħed imma li imbagħad iwettaq u fl-aħħar tal-leġiżlatura se mmorru quddiem in-nies b’dak kollu li għamilna u ngħidulhom biex jiġġudikawna fuq jekk ħallejniex Malta aħjar milli sibniha jew le. L-ambizzjoni tiegħi hija li nibqa’ ntella ’l pajjiż ’il fuq, innaddaf isem pajjiżna, li nibqa’ noħloq l-opportunitajiet għal kulħadd, insaħħaħ in-negozji u l-familji, dan huwa dak li jrid min jemmen u jħobb lil Malta u lil Għawdex.”

 

 

“Ma nistgħux nitilfu ġenerazzjoni ta’ tfal fl-iżvilupp soċjali u akkademiku” – il-PM

 

 

“Ma nistgħux nitilfu ġenerazzjoni ta’ tfal fl-iżvilupp soċjali u akkademiku. Ġew imfassla protokolli serji u responsabbli kemm mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika u mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni flimkien mal-istakeholders kollha. Il-ftuħ tal-iskejjel kienet waħda fost l-aktar deċiżjonijiet diffiċli li kellna nieħdu imma ħadniha b’mod responsabbli għax nifhmu li ma nistgħux nitilfu din il-ġenerazzjoni.”

 

Lejliet il-ftuħ tal-iskejjel f’pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela kien ċar: huwa kruċjali li jiftħu l-iskejjel.

 

Meta kien intervistat minn John Bundy, Robert Abela qal li ma tistax tingħata garanzija li mhux se jkun hemm każijiet ta’ studenti li jaqbadhom il-COVID-19 imma anki f’dik l-eventwalità hemm protokolli imħejjija.

 

“L-edukazzjoni tat-tfal tagħna hija kruċjali u dik se tingħata b’sens ta’ responsabbiltà u dixxiplina imma kull ġenitur jeħtieġ li jifhem il-ħsara li jekk it-tfal ma jmorrux l-iskola tkun ħafna ikbar u dak huwa l-punt tat-tluq.”

 

Il-Prim Ministru rrimarka li mhux se jkun hemm multi fil-konfront ta’ ġenituri li jagħżlu li ma jibagħtux lil uliedhom l-iskola, imma saħaq fuq l-importanza tal-preżenza tat-tfal fil-klassi f’ambjent sigur, u qal li jinsab fiduċjuż li r-ritorn lura lejn l-iskejjel se jkun wieħed tajjeb.

 

Meta tkellem dwar l-imxija f’pajjiżna, il-Prim Ministru qal li l-istrateġija trid tibqa’ ffukata li jiġu protetti l-vulnerabbli. Qal li n-numri ta’ infezzjonijiet qed jiżdiedu mad-dinja kollha, fosthom fl-Ingilterra fejn qed jiġi mbassar li jkun hemm 50,000 persuna pożittiva kuljum.

 

“Minix infittex konsolazzjoni f’pajjiżi oħra imma rridu naraw ukoll li qed ikollna rata għolja ta’ persuni li jfiequ. Hija sitwazzjoni fluwida li qed tinbidel kuljum, ma nkunux suppervi, jekk hemm bżonn aktar miżuri jittieħdu, imma din hija xi ħaġa long-term. Mhux se tintemm għada jew meta jkollna l-vaċċin. Ma jfissirx li meta jkollna l-vaċċin disponibbli, il-pandemija se titlaq mil-lum għal għada.”

 

 

“Telqu iżjed immigranti mil-Libja imma f’Malta naqqasna l-wasliet b’żewġ terzi” – il-PM

 

 

Meta tkellem dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni, il-Prim Ministru qal li ma jistax jagħti garanzija li mhi se tasal l-ebda dgħajsa oħra f’pajjiżna, imma nnota kif dan il-Gvern ħadem u rnexxielu jrażżan b’mod qawwi ħafna l-wasliet tal-immigranti.

 

“Fil-Libja hemm sitwazzjoni politika taħraq nar li wasslet biex in-nies li qed jaħarbu mil-Libja żdiedu. Filwaqt li telqu iżjed mil-Libja, waslu terz f’Malta meta mqabbel mas-sena l-oħra, jiġifieri naqqasna l-wasliet b’żewġ terzi f’Awwissu. Li nisma’ kandidat prospettiv għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, jgħid li Malta mhix full up, ma nemminx dak li nisma’ għax lanqas fuq il-prinċipju bażiku li ma nifilħux aktar immigranti m’aħna qed naqblu. Jekk lanqas fuq dak il-prinċipju bażiku ma tkun konvint, aħseb u ara kif se tiġġieled il-wasliet.”

 

Fi tmiem ġimgħa li pajjiżna rriloka numru ta’ immigranti, il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti se jibqa’ għaddej b’din il-ħidma fuq il-mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni u fakkar li l-problema tista’ tiġi solvuta jekk wieħed imur fis-sors tagħha.

 

“Irridu noħolqu soluzzjoni fix-xtut tal-Libja. Dan huwa l-messaġġ li qed inwasslu kontinwament biex insibu soluzzjoni fix-xtut Libiċi… Fuq din ukoll se nsibu l-Oppożizzjoni li lanqas fuq dan il-prinċipju bażiku mhi taqbel magħna? Għax jekk jien dil-ġimgħa mmur il-Kunsill tal-Ewropa, ngħidilhom li full up u li ma nifilħux iżjed, jgħiduli li inti għandek Kap tal-Oppożizzjoni prospettiv li qed jgħid li mintomx full up. Però dan ma jaqtalix qalbi. Ma qtajtx qalbi fil-passat, urejna x’aħna kapaċi nagħmlu u fadal iżjed xi jsir.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 171
  • Shares: 19
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
17 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 714
  • Shares: 64
  • Comments: 61

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Ahjar tifthu l bibien biex tiltaqu mal familjari tal vittmi tal konstruzjoni li tinsab bla kontroll.

Good morning ☀️

Good morning❤

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Suldati ta'l azzar fil kju

Tistaw tifthu il bieb tal bejd alija ghax qat mintom atarawni izjedd qass biex nerga nivota u tesera qas inhalasa iktar

Viva l Labour

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Grazzi u proset

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 80
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 64
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek