• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

October 14, 2019

Il-baġit parti mill-pjan għal futur sostenibbli

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, spjega kif il-pjan tal-gvern għaż-żmien li ġej huwa mibni fuq is-sostenibbiltà. Spjega fit-tul kif dan se jkun rifless fil-baġit li l-gvern se jressaq għada. Baġit li fuq kollox se jagħti s-serħan il-moħħ lill-familji Maltin u Għawdxin.

“Serħan il-moħħ li aħna se nkunu qegħdin inwettqu parti oħra mill-pjan tagħna għal dan il-pajjiż,” qal il-Prim Ministru Joseph Muscat li  fakkar kif il-pjan tagħna għal dan il-pajjiż huwa l-manifest elettorali li l-poplu vvota fuqu fl-2017.

Il-Prim Ministru qal li l-inkwiet wara l-baġits li jressaq dan il-gvern hu ta’ nies li jkunu xtaqu iktar. “Din hija kritika li ma npartata ma xejn iktar… taħt il-gvern l-ieħor in-nies kienu jgħidu wgħedtuna mod u tajtuna mod ieħor… aħna taħt dan il-gvern dak li nwiegħdu nwettquh kollu kemm hu,” qal il-Prim Ministru.

Joseph Muscat sostna li dan il-pajjiż baqa’ jikber u rridu nkompli nikbru flimkien bħala poplu u dan mhux ekonomikament biss. “Tant nitkellmu dwar il-futur li nnessu l-passat riċenti. Ma nfakkrux minn fejn tlaqna seba’ snin ilu,” qal il-Prim Ministru li fakkar kif dak kien żmien li l-qgħad qed jiżdied u l-investituri ma ridux jinvestu.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern solva l-problemi fl-oqsma tal-qgħad, il-kontijiet tal-enerġija, fil-qasam tas-saħħa u qed isolvi dawk fl-infrastruttura. Illum il-pajjiż għandna l-problema differenti, fosthom dik tal-integrazzjoni. “Faċli nitimgħu d-dragun tat-tbeżżiegħ bejn il-Maltin u l-barranin… aħna qegħdin hawn biex nitkellmu dwar kif il-futur jista’ jkun sostenibbli. Mhux għal ftit snin. Iżda, li nibnu ġenerazzjoni li lanqas biss timmaġina l-problemi li tlaqna minnhom,” qal il-Prim Ministru.

Fl-elezzjoni li jmiss jivvotaw żgħażagħ ta’ 16 –il sena li meta dan il-gvern kellhom sitt snin u għalhekk ma jafux il-problemi li ffaċjaw il-ġenituri tagħhom. “Għalhekk aħna nibqgħu nitkellmu dwar il-futur,” saħaq il-Prim Ministru li fisser kif il-gvern jinduna xi jridu n-nies.

“Mhux nitkellmu fl-ajru. Għax hemm kelma jew suġġett li jidher moda u nitkellmu dwaru. Le. Kollox parti minn pjan,” żied il-Prim Ministru li fisser kif kollox jitlaq mill-ekonomija.

“Ma nistgħux nimxu ‘il quddiem mingħajr ekonomija li trendi,” spjega l-Prim Ministru li fisser kif il-frott li qed isir ma nistgħux naqbdu u noħduh kollu mill-ewwel. “Nieħdu biċċa biċċa u nqassmuh u mhux lil kulħadd l-istess. Nagħtu l-iktar lil min għandu bżonn u ngħinu u ninkoraġixxu lil min huwa bieżel,” sostna l-Prim Ministru li spjega kif l-ekonomija Maltija tiswa €14 –il biljun ewro wara li rdoppjat fl-aħħar snin u l-baġit tal-gvern illum huwa €5 biljun.

“Dak li jkun jgħidlek għaliex ma tajtnix iktar? Ara nibdew l-ewwel ħaġa. Ħadd mhu se jgħid ara kemm ħadtli għax mhu se nieħdu xejn lil ħadd,” qal il-Prim Ministru li sostna li min jaf kemm il-poplu hawn fl-Ewropa li jixtieq qiegħed hekk.  Hawn tkellem dwar is-sostenibbiltà li hija kruċjali għall-futur u kif il-pajjiż ikun jeħtieġ ir-riżorsi biex ilaħħaq mal-ħtiġijiet diversi tiegħu. “Dak li niġbru llum. Il-frott li niġbru llum inkunu bravi biżejjed biex inqasmu parti oħra u nerfgħu għal meta niġu bżonn. Ħalli l-ġenerazzjoni ta’ warajna ma tkunx bħal ġenerazzjoni tagħna. Lill-ġenerazzjoni tagħna qalulna intom ħallsu d-dejn li għamilna aħna,” qal il-Prim Ministru li emfasizza kif dak li jipproponi l-gvern mhux għal sena waħda imma nsostnuh għal snin. “Għada l-Ministru tal-Finanzi mhux se jħabbar ic-child care b’xejn imma dak ilu hemm seba’ snin… dik l-ispiża tibqa’ kull sena u kull sena tgħola,” qal il-Prim Ministru li ta eżempji oħra bħat-trasport b’xejn għat-tfal tal-iskejjel kollha.

“Irridu naħsbu għal li ġej. Għandna dan il-lussu bħala pajjiż illum il-ġurnata li naħsbu għal li ġej, li naħsbu għall-futur. Is-sostenibbiltà. Li tfisser ukoll li nistgħu nkunu pajjiż li nħarsu b’mod usa lejn il-muddell ekonomiku tagħna,” żied il-Prim Ministru li qal li dan mhux mudell ekonomiku li se jibqa’ statiku u rridu nkunu dawk li nħaddnu l-bidliet.

 

Nindirizzaw l-isfida tal-bidla fil-klima

 

Tkellem dwar it-tibdil fil-klima u żied kif fil-baġit li se jingħata l-ewwel sinjal li l-pjan ekonomiku huwa sostenibbli fil-bidliet li se jiġru f’dan is-settur. “Konvint li biex inkunu sostenibbli bħala pajjiż dan hu l-aħjar mod kif nimxu ‘l quddiem. Ifisser li rridu nagħmlu għażliet,” saħaq il-Prim Ministru li fisser kif waħda minnhom hija ta’ meta se naqilbu biex il-karozzi importanti ma jibqgħux jaħdmu bil-petrol u d-diesel. Fisser kif il-pajjiż għamel titjib bil-bidla li saret fil-power station. “Issa għandna t-tieni punt li rridu naġixxu dwaru li huwa l-karozzi tagħna u rridu nieħdu deċiżjoni kuraġġuża li mhux se jkollha effett fuq il-poplu iżda fuq il-mudell tal-ekonomija tagħna,” qal il-Prim Ministru.

Hawn tkellem dwar numru ta’ sfidi marbuta ma’ dan fosthom fejn wieħed jiċċarġja l-karozza tiegħu u l-fatt li ħafna blokok tal-appartamenti m’għandhomx l-infrastrttura elettrika meħtieġa għal xi ħaġa hekk. Hemm ukoll l-isfida tal-prezz tal-elettriku meta wieħed jiċċarġja din il-karozza u qal li għada jingħata sinjal f’dan ir-rigward.

“Għandek sfida kbira ħafna li llum il-gvernijiet kollha ta’ madwar l-Ewropa jaqilgħu ħafna flus u jsostnu s-settur tas-saħħa u s-settur soċjali mis-sisa li hemm fuq il-petrol u d-diesel. Issa la dan mhux se jibqa’ jintuża minn hawn u ftit tas-snin oħra minn fejn se jiġu dawn il-flus? Irridu naħsbu. Irridu naraw li jkun hemm tranżizzjoni li tagħmel sens,” spjega Joseph Muscat li rrefera kif sfida oħra huwa s-suq ta’ karozzi second hand.

“L-aħbar it-tajba hi li aħna dawn l-affarijiet qed naħsbuhom illum u dawn l-isfidi li jiġu minn hawn u għaxra u ħmistax –il sena oħra aħna se nkunu qed nilqguħhom u nibdluhom,” qal il-Prim Ministru.

Pilastru ieħor li fuqu l-baġit se jkun mibni huwa l-bżonn li nippremjaw il-familji li huma beżlin. “Dawk in-nies irridu nippremjawhom billi ngħamlulhom ħajjtihom iktar faċli,” qal il-Prim Ministru li żied li hemm bżonn ma jkollhomx piżijiet ġodda u li fejn nistgħu nagħtuhom xi ħaġa l-oħra.

Il-pilastru l-ieħor huwa li ngħinu lil min l-iktar għandu bżonn. “Huma żewġ partijiet tal-istess munita. Aħna l-għan tagħna huwa li jkun hemm mobbiltà soċjali li xi ħadd jitlaq minn punt fejn għandu bżonn l-għajnuna u jasal f’punt fejn m’għandux bżonn l-għajnuna,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar l-isfida ta’ żgħażagħ li jridu jixtru proprjetà ġdida u tenna l-impenn tal-gvern li jkompli jgħin lil dawn in-nies. “Għinna matul din is-sena lil dawk li għandhom iktar minn 40 sena…. u li jkollhom bżonn l-għajnuna biex jixtru fejn imorru joqgħodu,” qal il-Prim Ministru li tkellem dwar persuni oħra li l-gvern irid jgħin. “Aħna nafu fejn hemm it-tajjeb u fejn hemm l-isfidi. In-nies taf fejn hemm il-problemi, imma n-nies tafda lilna li nsolvuhom,” saħaq il-Prim Ministru li tkellem kif il-kategorija l-kbira li hi prijorità tiegħu hi dik tal-pensjonanti. “Il-pensjonanti ilna nżiduhom għall-aħħar ħames snin, għada nerġgħu nżidukom għal darb oħra,” qal il-Prim Ministru li ddeskriva l-persuna b’diżabbiltà bħala prijorita assoluta oħra.

Il-Prim Ministru fisser kif l-għaqda fil-Partit Laburista hija kruċjali għal dan is-suċċess u hawn fakkar f’kemm qiegħda sitwazzjoni differenti l-Oppożizzjoni.

Finalment reġa’ tenna li fil-baġit ta’ għada: “Mhu se nieħdu xejn u nagħtu dak li nistgħu lil kulħadd.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek