• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

October 18, 2020

“Il-baġit ta’ għada se jkun ta’ serħan il-moħħ, tama u kuraġġ” – PM

“Dan se jkun baġit tajjeb. Baġit li jfassal il-pedamenti għall-10 snin li ġejjin. Ħa jkun hemm l-enfasi fuq il-prinċipju soċjalisti tagħna…Mhux se nħallu l-pandemija tnaqqas il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Dik se tkun t-tema ewlenija tal-baġit ta’ għada.”

Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt attività politika qalb in-nies fil-Pjazza tas-Sur fl-Imdina u li tmexxiet skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa.

Attività li saret lejlet l-ewwel baġit tal-Prim Ministru.

Dwar dan il-Prim Ministru qal fil-baġit li se jitħabbar għada se jintefqu €100 miljun. 3 darbiet aktar minn baġits preċedenti.

“Normalment f’kull baġit ninvestu €35 miljun f’miżuri li jmorru fil-but tan-nies. Din id-darba ħa nkunu qed nonfqu 3 darbiet iżjed. €100 miljun li se jmorru fil-parti soċjali ta’ dan il-baġit li se tkun parti b’saħħitha ħafna imma wkoll f’miżuri li jinċentivaw il-konsum tan-nies, li fuq kollox fejn jista’ jkun hemm il-qtiegħ il-qalb se jdaħħlu tama u serħan il-moħħ. Dik it-tema tal-baġit ta’ għada. Serħan il-moħħ, tama u kuraġġ.”

Fil-fatt, il-Prim Ministru ħabbar li fil-baġit ta’ għada se jkun qed jitħabbar rawnd ieħor ta’ vouchers tal-€100.

Tul din l-attività politika, il-Prim Ministru Robert Abela wieġeb diversi mistoqsijiet mill-pubbliku. Mistoqsijiet li fost l-oħrajn trattaw il-pandemija tal-Covid-19.

Hawnekk, il-Prim Ministru rrimarka kif dan huwa mument delikat mhux biss f’pajjiżna iżda madwar id-dinja kollha u b’hekk huwa kruċjali li ħadd ma jipprova jieħu gwadann politiku jew jippolitiċizza s-sitwazzjoni.

“Din hija materja li qed tolqot lid-dinja kollha u l-agħar żball li tista’ tagħmel li tipprova tiskurja gowls politiċi. Dan huwa l-mument li niġbdu ħabel wieħed. Dan il-Gvern huwa wieħed iffukat fuq 2 prinċipji ewlenin. Dik li żżomm il-bilanċ u fl-istess waqt b’ebda importanza qanqas u fuq l-istess livell li żżomm s-saħħa tan-nies ippreservata mill-aktar tajjeb. Dan hu bilanc li mhux faċli żżommu.”

Robert Abela qal li ħadd ma kellu l-vantaġġ u direzzjoni fuq xiex jimxi fis-sitwazzjoni tal-Covid-19.

“Meta numru ta’ xhur oħra nagħmlu l-analiżi jiena nemmen li pajjiżna ser ikollu ċertifikat tajjeb ħafna ta’ kif imxejna.”

Hawnekk il-Prim Ministru sostna li t-tbassir fil-bidu tal-pandemija kienet waħda ta’ eluf ta’ mwiet u numru kbir ta’ nies bla impjieg. Minkejja dan Malta rnexxiela tikkontrolla tajjeb dawn iċ-ċifri grazzi għall-interventi tal-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Fost oħrajn semma l-iskema tal-Vouchers tal-€100 u dik tal-Wage Supplement.

Il-Prim Ministru wieġeb mistoqsija wkoll dwar il-barranin jaħdmu f’pajjiżna u kemm dawn huma importanti għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

“X’tagħmel tgħid lill-ħaddiema barranin ma rridukhomx f’pajjiżna? Din tkun riċetta għad-diżastru. Riċetta li tant ġabet ġid għall-ekonomija ta’ pajjiżna u li tkun qed tispara fuqha. Din ma tagħmilx sens.”

Il-Prim Ministru kien mistoqsi wkoll dwar il-proġett ta’ Pulizija fil-Lokalitajiet li ġie varat fl-aħħar ġimgħa fi 12-il lokalità madwar Malta. Dwar dan il-Robert Abela sostna l-importanza tal-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija fil-lokalitajiet.

“Għandek is-serħan il-moħħ partikolarment f’areas fejn għandhom pressjonijiet addizzjonali fosthom Birzebbugia, mela hemmek inti trid toħloq iktar miżuri biex tagħti s-serħan il-moħħ lin-nies.”

 

“Karatteristika li tiddistingwina hija li nħobbu lil pajjiżna.” – PM

“Kburi li din il-ħsara fl-aħħar xhur reġġajniha lura.”

Kliem il-Prim Ministru waqt li kien qed iwieġeb dwar sitwazzjoni ta’ double-standards minn esponenti tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew fl-aħħar jiem u l-ħsara li huma għamlu lil pajjiżna.

Dwar dan il-Prim Ministru nnota kumment li kellu waqt is-summit tal-Kunsill Ewropew din il-ġimgħa fi Brussell mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea waqt diskussjoni dwar is-saltna tad-dritt.

“Wera d-diżappunt tiegħu għaliex numru ta’ pajjiżi qed jirreżistu l-kunċett tas-saltna tad-dritt bħala wieħed mill-kriterji ewlenin biex jitqassmu l-fondi u kumment li qal kien “nifhem li hija painful li ssaħħaħ is-saltna tad-dritt imma ħarsu lejn Malta x’għamlet.” Dak kien il-kumment. Qallhom, “Harsu lejn Malta x’għamlet”. Minn persuna li ftit tax-xhur ilu kien kritiku tagħna, illum jiġi ħdejja u jgħidli “Keep up your fantastic job.” Dawk huma l-bidliet li għamilna u dik hija r-reputazzjoni llum li qed jerġa’ jirnexxielna nibnu minkejja l-ħsara li għamel ħaddieħor.”

Madankollu dwar il-każ tal-Bulgarija, il-Prim Ministru Robert Abela nnota in-nuqqas ta’ pożizzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech. Qal kif din turi kemm verament id-differenza bejn il-karatteristiċi ta’ mexxej minn ieħor.

“Il-ħsara tissarraf f’aktar ħsara. Il-ġid jissarraf f’iktar ġid. Dan hu Gvern li joħloq il-ġid għall-pajjiżna u għaldaqstant saqajna ma’ l-art. Insew in-numri, insew l-istatistika ta’ surveys. Importanti li nkunu nafu li għandna l-fiduċja tan-nies warajna. Din timlina b’ħafna kuraġġ biex nibqgħu naħdmu imma saqajna ma’ l-art. Aħna bħala partit politiku għandna alleat wieħed biss f’dan il-pajjiż anzi tnejn. In-nies b’mod ġenerali u l-komunità kummercjali li javdawna. Mill-bqija dejjem nibqgħu l-underdogs aħna, imma bin-nies warajna, bil-komunità kummerċjali warajna u mhux warajna b’kumbinazzjoni. Dan kien il-Gvern li fil-mument ta’ diffikultà wera kemm verament iħobb lill-pajjiż u kemm se nibqgħu naħdmu biex immexxu ‘l quddiem l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.”

 

Illum jinfetħu 3 flyovers ġodda fil-proġetti tal-Marsa Junction

Indirizza din l-attività politika flimkien mal-Prim Ministru, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg, hekk kif fost oħrajn ġie mistoqsi dwar proġetti infrastrutturali bħal dak tas-Central Link.

Qal li matul iż-żmien fl-istorja ta’ pajjiżna kien hemm amministrazzjonijiet Nazzjonalisti li ddejqu jagħmlu dawn il-proġetti biex ma jirfsux kallijiet. B’hekk spjega kif permezz ta’ dawn id-deċiżjonijiet illum il-poplu Malti diġà qed igawdi minn kwalità ta’ ħajja aħjar.

“Il-proġett tas-Central Link huwa wieħed minn ħafna. Fis-sigħat li ġejjin illum se jinfetħu 3 flyovers oħra fil-proġett tal-Marsa Junction sabiex jitkomplew il-flyovers li diġà qed jintużaw u allura qed jiġu ffinaliżżati.”

Hawnekk il-Ministru Borg spjega li meta ser jinfetħu l-bqija tal-flyovers se jinfetħu wkoll magħhom il-mini l-ġodda ta’ Santa Luċija.

Minn naħa tagħha s-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa Civelli, irrimarkat l-interventi ta’ Gvern Laburista fis-settur edukattiv tul l-istorja ta’ pajjiżna. Inteventi li juru kemm Gvern Laburista għandu għal qalbu l-istudenti Maltin u Għawdxin.

Dan flimkien ma’ ħemel ta’ bidliet oħra infrastrutturali u soċjali.

“Gvern Laburista wettaq kisbiet bi prinċipji soċjali għax konnha Gvern tan-nies. Bidliet pożittivi li sa mill-bidu nett tiegħu Gvern Laburista wiegħed għejxien aħjar u kwalità aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek