Għin
lill-Partit Laburista
July 12, 2020
Il-battalja interna hija biss tal-Partit Nazzjonalista
Li kieku mqar semgħu d-diskors tal-Prim Ministru dalgħodu fil-Mosta, minflok ħarġu stqarrija li evidentament kienet lesta minn qabel, id-19-il Deputat Nazzjonalista kienu jkunu jafu li lill-Partit Laburista ma tagħmillu ebda differenza min se jirrenja bejn il-fazzjonijiet differenti tal-Oppożizzjoni.
Ikunx Adrian Delia, Claudio Grech, Therese Commodini Cachia, jew kollha flimkien, il-Partit Laburista jinteressah biss li jkompli jagħmel il-ġid fil-pajjiż u meta jasal il-waqt imur b’wiċċu minn quddiem għall-fiduċja tal-poplu Malti.
F’Malta u Għawdex teżisti s-serenità u l-istabbiltà. Il-battalja interna hija biss tal-Partit Nazzjonalista. Daħal fiha hu u jrid isolviha hu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.