Għin
lill-Partit Laburista
March 27, 2019
Il-bidla li hemm bżonn
Maħruġa min-Nisa Laburisti
Il-bidla li hemm bżonn
Nisa Laburisti temmen li r-riforma li qed jipproponi l-gvern bil-għan li tiżdied l-ugwaljanza bejn is-sessi fid-dinja tal-politika hija dik il-bidla li hemm bżonn.
Nisa Laburisti se tkun qed tanalizza l-proposti fid-dettall u tipparteċipa bi sħiħ fil-proċess ta’ konsultazzjoni.
Iżda, diġa’ jidher biċ-ċar li dak propost jolqot b’mod radikali dak li żamm lill-pajjiżna lura għall-bosta snin, hu mibni fuq il-ħsieb ta’ ġustizzja. Ġustizzja għax bis-sistemi proposti ħadd mhu se jieħu post ħadd u dawk li eventwalment se jiġu eletti riżultat tal-mekkaniżmu korrettiv se jintgħażlu b’mod li jkun ukoll irrifletta l-għażliet tal-poplu.
Il-President ta’ Nisa Laburisti, Nikita Alamango, sostniet: “Dak preżentat illum jixhed li anke f’dan l-istadju bikri ta’ konsultazzjoni, il-gvern diġa’ għamel xogħol qawwi ta’ konsultazzjoni u dak propost hu mibni fuq ħsibijiet wiesgħa li jifhmu l-bżonn li kemm jista’ jkun jinġabar kunsens wiesgħa għal din ir-riforma tant importanti f’pajjiżna.”
Hija temmet tgħid li għal darb oħra Malta għandha ċ-ċans li tagħmel qabża ‘l quddiem għad-demokrazija tagħha.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.