Għin
lill-Partit Laburista
October 22, 2023
Il-budget se jsostni l-għajnuna fil-kontijiet enerġija bħala l-ikbar miżura biex ikunu mgħejjuna l-familji
B’laqgħat kontinwi man-nies qed infasslu deċiżjonijiet u nħejju budget li minnhom igawdu l-ħafna u mhux il-ftit.
Qal dan il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, meta f’laqgħa politika f’Għawdex tkellem dwar kif il-gvern qiegħed u se jkompli jindirizza l-isfida tal-inflazzjoni.
Dwar il-budget tas-sena d-dieħla li se jitħabbar fil-jiem li ġejjin, Robert Abela semma kif “f’dawn l-aħħar ġimgħat qattajna sigħat twal ta’ diskussjoni nħejju l-budget tas-sena d-dieħla. Nippjanaw kif filwaqt li se nżommu d-dixxiplina finanzjarja, għaliex il-pajjiż irid ikun iddixiplinat finanzjarjament, se nibqgħu nieħdu d-deċiżjonijiet li jsaħħu dan il-pajjiż. Id-deċiżjonijiet li jibqgħu jmexxuh ‘il quddiem fid-direzzjoni t-tajba.”
Il-Prim Ministru saqsa numru ta’ mistoqsijiet li jixhdu d-differenza bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista.
“Għax staqsu lilkom infuskom: Kieku l-familji qed iħallsu mijiet ta’ ewro iktar fix-xahar f’enerġija qed jgħixu aħjar jew agħar? Kieku ma tajnix stabbiltà, kieku l-familji jistgħu jippjanaw iktar jew inqas il-futur tagħhom? U għax ir-risposta nafuha. Għalhekk is-sena d-dieħla se nerġgħu ninvestu mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f’din il-miżura b’saħħitha.”
Liġijiet sodi li jikkontrollaw is-sehem tal-ħaddiema minn pajjiżi terzi.
Fl-istess laqgħa, il-Prim Ministru spjega wkoll numru ta’ deċiżjonijiet biex l-awtoritajiet jikkontrollaw is-sehem ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi.
Din ir-riforma ġiet wara riforma oħra mħabbra ftit tal-jiem ilu bis-settur tal-Y-plates fejn biex issuq lil xi ħadd, irid ikollok liċenzja Maltija jew Ewropea.
Dwar iż-żjarat riċenti li kellu fuq il-postijiet tax-xogħol, il-Prim Ministru semma diskussjoni li kellu ma’ ħaddiema minn pajjiżi oħra. Ħaddiema Maltin, li tkellmu bl-iktar mod rispettuż, fuq kollegi tagħhom li l-kumpanija kienet teħtieġ biex issostni l-operat tagħha.
“Joe, wieħed mill-iktar ħaddiema b’esperjenza, qalli kif il-bidu mhux dejjem ikun faċli, anke minħabba d-differenza tal-lingwa u l-prattiċi differenti li jkunu mdorrija bihom. Imma fl-istess ħin jispjega kif bir-rieda tajba, il-ħaddiema lkoll għenu lil xulxin, u spjegali kif hemm fejn, il-kontribut ta’ dawn il-ħaddiema ġodda huwa bżonnjuż ħafna. Peró jispjegalek ukoll li fil-każ tiegħu, l-armonija ġejja mill-fatt li l-kumpanija dejjem offritilhom iċ-ċans ta’ taħriġ u li jimxu ‘l quddiem. U allura l-inklużjoni ta’ dawn il-ħaddiema ġodda ma servietx biex jitnaqqsu l-kundizzjonijiet tiegħu jew tal-ħaddiema l-oħra sħabu.”
Hawnhekk, il-Prim Ministru emfasizza l-bżonn ta’ awtoritajiet Maltin li jkunu huma fil-kontroll. “Anke jien, hekk nemmen u hekk se jsir. Awtoritajiet li jagħżlu huma mal-poplu x’għandu bżonn Għawdex u Malta. Li ma jistax ikun li nħallu lis-suq isuq. Imma li rridu naħsbu fil-ġid komuni.”
Robert Abela semma kif fl-aħħar ġimgħat, il-Gvern kompla jikkonsulta anke mal-imsieħba soċjali biex tidħol liġi u tirregola l-aġenzii li jġibu persuni barranin jaħdmu Malta. “Regoli stretti. M’hemmx lok li biex igawdu l-ħafna, jbatu l-ftit. Se jkollna liġi soda. Liġi kontra l-abbuż. Liġi kontra min irid jaqla’ l-flus ta’ malajr minn fuq in-nies. L-istess mod tkellimt fuq ir-riforma li trid isaħħaħ il-kwalità fit-turiżmu. Naf kemm tħobbu l-prodott Għawdxi. Naf ukoll kemm hawn negozji f’dan is-settur li jagħtu kollox b’sens ta’ kburija qawwija tal-identita Għawdxija u Maltija.”
Għawdex mudell ta’ prosperità ġdida.
“Serrħu raskom li Għawdex se jibqa’ fuq quddiem nett tal-politika tagħna.”
Il-Prim Ministru faħħar il-mod kif Għawdex jispikka bis-sens ta’ identita’ qawwi, b’sens ta’ kburija fil-gżira u l-konvinzjoni ta’ x’Għawdex irridu.
“Xewqat li nħoss li qegħdin riflessi fl-istrateġija li nidejna għal Għawdex ftit tal-ġimgħat ilu. Għawdex gżira ta’ villaġġi. Għal wisq żmien il-potenzjal ta’ Għawdex kien imwarrab. Gżira fejn il-proporzjon ta’ gradwati kienet id-doppju tal-medja nazzjonali imma fejn ma kienx hawn xogħol. Dak issa solvejnih. F’għaxar snin irduppjajna l-ammont ta’ Għawdxin impjegati f’Għawdex stess mas-settur privat. Irnexxielna li illum hawn ħames darbiet aktar Għawdxin jaħdmu fis-servizzi professjonali, IT, gaming u settur finanzjarju. Issa l-pass li jmiss. Li Għawdex isir il-mudell tal-prosperità ġdida. Il-mutur tal-qalba diġitali u ambjentali ta’ pajjiżna.”
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.