Għin
lill-Partit Laburista
November 1, 2023
Il-familji kollha gawdew bil-fatti mill budget Malta Ġusta
Il-budget Malta Ġusta jikkumplimenta l-viżjoni ‘Malta Flimkien’ – budget li ser joħloq prosperità ekonomika u jsaħħaħ il-pedamenti għall-ekonomija tal-futur. Il-prijorità tibqa’ li nsaħħu d-dħul tal-familji, il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-middle-class. Iżda wkoll li noffru triq ekonomika sostenibbli li tibqa’ toħloq il-ġid f’dinja moderna li għaddejja minn żminijiet ta’ instabbiltà internazzjonali kbira.
Dan qaluh id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef u l-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit, Daniel Micallef saħaq li b’dak imħabbar fil-budget tas-sena d-dieħla, “Gvern Laburista wera biċ-ċar li se jkompli jiġġieled l-għoli tal-ħajja billi jsaħħaħ id-dħul tal-familji, il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-middle-class.” Sostna wkoll kif hemm impressjoni ħażina minn xi wħud li ċertu miżuri igawdu minnhom faxxa waħda tas-soċjeta’ meta mhux il-każ. Bħall-in work benefit. Minn meta ddaħħal sal-lum, dan evolva u ġie mwessa b’tali mod li jilħaq parti sostanzjali tal-klassi medja. L-istess il-mekkaniżmu l-ġdid li jiġġieled l-għoli tal-ħajja. F’dan il-budget ġiet estiża l-eliġibilta’ u l-benefiċċjarji se jirdoppjaw għal 95,000 familja. Fuq kollox, dan huwa budget ieħor bla taxxi.”
Il-President tal-Partit Laburista, Ramona Attard emfasizzat id-differenza fil-viżjoni politika bejn il-partiti politiċi. Semmiet ukoll ħames eżempju differenti ta’ familji u l-benefiċċji kollha li se jkunu qed igawdu minnhom bil-budget Malta Ġusta.
Familja ta’ tlett persuni: Single Parent u żewġt ulied bi dħul ta’ €27,000 – li jfisser persuna b’ paga kwart aktar mill-paga medja se tkun qed tibbenefika madwar €2,850 fis-sena f’żieda fl-in-work benefit, children’s allowance, pagament mill-mekkaniżmu addizzjonali kontra l-għoli tal-ħajja, żieda tal-COLA u sussidju fuq il-kontijiet tad-dawl u ilma.
Familja ta’ żewġ ġenituri u żewġt ulied taħt 16-il sena – dħul ta’ €35,000 – se tkun qed ttibbenefika b’madwar €4,000 fis-sena.
Familja ta’ żewġ ġenituri u żewġt ulied, imma wieħed għadu kemm beda l-post secondary – dħul ta’ €40,000 jew kważi dħul ta’ familja medja se tibbenefika madwar €4,250 fis-sena.
Familja ta’ żewġ ġenituri u tlett ulied taħt sittax u l-mara taħdem part-time, bi dħul komplessiv ta’ €43,200: dħul preċiż ta’ familja medja se tibbenefika madwar €4,250 fis-sena.
Familja ta’ żewġ ġenituri u żewġt ulied, l-omm ma taħdimx u it-tfal joqgħodu mall-ġenituri u t-tnejn qabżu s-sittax imma ma jaqilgħux qligħ taxxabbli: dħul ta’ €45,00 jew 5% aktar mid-dħul ta’ familja medja se tibbenefika madwar €2,725 fis-sena.
Għalhekk Malta Ġusta.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.