• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

July 21, 2019

Il-familju u n-negozji llum qed jgħixu aħjar

Wara li ftit jiem ilu, Fitch tat upgrade lil Malta, Moody’s għamlet l-istess u b’hekk l-aġenziji kollha tal-kreditu għollew lil Malta ‘l fuq.

 

“L-aġenziji kollha għollew lil Malta ‘l fuq u wara li fi żmien gvern ta’ qabel kulħadd kien niżżilna l-isfel, issa kulħadd tellana ‘l fuq,” tenna l-Prim Ministru, Joseph Muscat, f’intervista rrekordjata fuq ONE.

 

Joseph Muscat żied li “dan huwa mertu ta’ ħidma kkordinata ta’ strateġija, tal-bżulija tal-Maltin u Għawdxin u ta’ deċiżjonijiet li jieħu l-Gvern.”

 

Il-Prim Ministru spjega li d-deċiżjonijiet tal-aġenzija tal-kreditu huma bbażati fuq żewġ affarijiet – l-ewwelnett qed jaraw li l-kontijiet tal-gvern huma b’saħħithom u wieħed jista’ joqgħod fuqhom…u min-naħa l-oħra raw u qed jaraw ekonomija li dejjem tikber.”

 

Muscat sostna kif dan kollu wassal biex illum ‘il ġurnata għandna surplus, baġit li huwa bbilanċjat u bla pressjoni biex jiżdiedu t-taxxi.

 

Il-Prim Ministru fakkar li dan kien “gvern li f’kull baġit naqqas l-income tax, fl-aħħar ħames baġits żidna l-pensjonijiet, għamilna żewġ baġits li fihom ma żidniex taxxa waħda.”

 

L-importanza ta’ dawn il-credit agencies tispikka għaliex meta jiġu nvestituri kemm eżistenti li qegħdin Malta li jkomplu jkabbru kif ukoll investimenti oħra li jiġu f’pajjiżna, dawn barra li joqogħdu fuq dak li jgħidilhom il-gvern, ikunu jridu referenza indipendenti.

 

Minkejja kollox, f’dan iċ-ċirku virtuż, “l-aqwa u l-iktar credit rating importanti għalija b’mod ċar hija l-poplu Malti u Għawdxi, il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin… Jien ċert li jekk dawn il-familji nsaqsuhom il-mistoqsija jekk illum humiex jgħixu aħjar milli kienu jgħixu taħt gvern ieħor, it-tweġiba ta’ ħafna u ħafna nies hija iva,” kompla l-Prim Ministru li tkellem ukoll dwar it-tħejjijiet għall-baġit tas-sena d-dieħla. Fi kliem il-Prim Ministru dawn it-tħejjijiet jinsabu fl-aqwa tagħhom.

 

 

Inkomplu nattiraw investiment ta’ kwalita’ u ta’ reputazzjoni

Biex dan iseħħ, il-Prim Ministru saħaq l-importanza li “nibqgħu ffukati fuq li nwettqu l-bidliet, inwettqu r-riformi, li nkomplu għaddejjin bil-bidla l-kbira li dan il-pajjiż qed jagħmelu li nkomplu nieħdu d-deċiżjonijiet.”

 

Fid-dawl ta’ dan, il-Prim Ministru esprima s-sodisfazzjon li l- Ko-Fundatur ta’ Apple Steve Wozniak waqqaf kumpanija f’Malta.

 

“Li jkollok isem bħal dan li mill-pajjiżi kollha tad-dinja, jagħżel lil Malta biex jibbaża l-kumpanija tiegħu li ħa tkun qed topera bħala blockchain, huwa l-aqwa riklam li pajjiż qatt jista jkollu,” tenna Joseph Muscat.

 

Rigward is-settur bankarju, il-Prim Ministru fisser kif il-kumpaniji jkollhom problema biex jiftħu kont il-bank għaliex is-servizzi bankarji f’Malta għadhom limitati, huma ffukati ħafna fuq bank jew tnejn. Dawn il-bank jew tnejn qegħdin f’sitwazzjoni tajba ħafna finanzjarjament imma wkoll qed ikollhom domanda enormi u li minnhom infushom, ir-regolatur internazzjonali jkun iridhom jimxu bil-mod.

 

Il-Prim Ministru tenna li l-pass li jmiss huwa li naraw “kif għandna nimxu ‘l quddiem, x’qed jagħmel il-Gvern, x’jista’ jagħmel il-Gvern u kif għandna napprezzaw ir-realta’ tas-settur bankarju lokali.”

 

 

Gvern li qed iwettaq dak li suppost għamel ħaddieħor snin ilu

 

Mistoqsi dwar ic-Central Link Project, il-Prim Ministru fisser kif  “din hija triq li ilha fuq il-mappa li suppost issir snin sħaħ. Id-differenza bejnha u bejn ħaddieħor li din il-linja fil-mappa li fuqha tiddependi ħafna affarijiet, issa qegħda ssir.”

 

Filwaqt li f’kull proġett issib min ifaħħar u jikkritika, Muscat fiehem kif dan il-proġett hu wieħed bżonnjuż.

 

“Tletin elf ruħ li kuljum jivvjaġġaw minn din ir-rotta li tieħu minn tarf il-by pass tal-Imrieħel sar-roundabout fejn tibda Triq l-Imdina… Hemm tlettax -il junction f’dan il-proġett sħiħ b’seba’ kilometri ta’ korsiji ġodda,” qal il-Prim Ministru li tkellem ukoll kif is-sitwazzjoni tat-traffiku kif inhi llum iżżid l-emissjonijiet u għalhekk bil-proġett jonqsu l-emissjonijiet. Joseph Muscat spjega kif it-tela’ tas-Saqqajja mhux se tintmiss permezz ta’ dan il-proġett.

 

Spjega wkoll kif il-proġett iwieġeb ukoll għat-talba tan-nies fil-qalba tal-irħula bħal Ħal Balzan u Ħ’Attard li ilhom snin jilmentaw minħabba t-traffiku li jgħaddi mill-qalba tal-irħula.

 

Il-Prim Ministru għamilha ċara li meta jitlesta l-proġett u anke l-mod ta’ kif ġie mibdul minn xi pjanti preliminarji, ħa jiġu salvati ħafna mis-siġar li hemm, ħafna ħa jkunu rilokati wkoll u fl-aħħar tal-proġett ħa jkun hemm 220 siġra aktar milli hemm illum.

 

 

Strateġija utli li se tneħħi t-taboo

 

Dwar is-saħħa mentali, il-Prim Ministru saħaq kemm dan huwa settur li qed jiġbed mhux biss attenzjoni imma fl-aħħar qegħdin naraw li jibda jitneħħa dan it-taboo.

 

“Din hi sitwazzjoni fejn naħseb b’din l-istrateġija, qegħdin nuru kif il-qasam tas-saħħa mentali f’pajjiżna mhux biss qed noħduh b’serjeta’ imma anke qegħdin nagħmluha mainstreamed kemm jista’ jkun… Għandek servizzi li ħa jkunu aktar fil-komunita’ milli fl-isptarijiet imma li anke s-servizzi għall-kura tas-saħħa mentali, il-core tagħhom, ħa jkunu fi sptar ġdid li jkun parti minn Mater Dei li minnha nnifisha dik tgħin sew, għalkemm mhix biżżejjed biex tinqata’ ħafna mill-istigma,” kompla l-Prim Ministru.

 

 

Bidliet sostanzjali għal tfal vulnerabbli 

 

Bidla kbira dwar qasam ta’ persuni li ħafna drabi t-tfal filwaqt li kulħadd jitkellem dwar id-drittijiet tat-tfal, ftit li xejn nagħmlu u jkun hemm pressjoni biex isiru bidliet.

 

Permezz ta’ din il-liġi għall-protezzjoni tal-minuri, il-Prim Ministru enfasizza l-importanza li din il-liġi se ġġib magħha li se tolqot primarjament lil tfal vulnerabbli u twettaq tibdil konsiderevoli.

 

Joseph Muscat fisser kif din hi liġi oħra li tikkumplimenta l-infrastruttura soċjali li qed jibni l-pajjiż fejn ngħinu lill-iktar nies vulnerabbli fis-soċjetà tagħna.

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
7 hours ago
Partit Laburista
RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela

RENEW – Attivita’ suċċess fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Grazzi talli ngħaqadtu magħna! 💓

Robert Abela
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 141
  • Shares: 17
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
12 hours ago
Partit Laburista
Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna.

Kollox lest biex niftħu l-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Ingħaqdu magħna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 658
  • Shares: 64
  • Comments: 55

Comment on Facebook

Mhux hekk wara li armejtuna u taghituna b sieq .. Gej il bikki rega . Armi lemm qaziztu l alla tiklu wahidkom.

Grazzi tax xghol kollu li qijghad jghamel il partit pero isimghaw lilmenti tan nies gusti

Il-partit li jiġbed in-nies dejjem lejh. Qatt qabel ma kien hawn partit li żamm maġġoranza assoluta daqs illum. Grazzi għall-gvern u l-partit Laburista❤️🌹🇲🇹

Good morning ☀️

Kien nofs t'nhar eccelenti. Prosit ta' l-innizjativa. U prosit lill-volontiera kollha.

Good morning❤

Good morning ☀️

Good morning❤

Good morning❤

Well done!!

Good morning

Mela l- kontra li qed jigri fil- Pieta 😆 🤣 😂

Min Mmaqdar Rrid Jixtri Hommor

Viva l Labour

Proset

Dawk laqas jivitaw darba ohra

Ara ma jigbdilkomx IL bieb mieghu GAHAN

Ma taghmilx differenza jifthu l.bibien

Tistaw tifthu t twieqi ukoll ta ha tibdlu ftit larja ukoll. :)

Prosit u grazzi li tajtu din l-opportunita lil nies sabiex jigu l-CNL.

Minn hu armat u minn hu zarmat proset PL

Grazzi u proset

Suldati ta'l azzar fil kju

Il jum it tajjeb il kulhadd

Bongu

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Open Day fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

Iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista miftuħ għall-pubbliku s-Sibt li ġej mid-09:00 sas-13:00.

Ingħaqad magħna 🔴
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 79
  • Shares: 107
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Inizzjattiva sabiha li jinghata ktieb b xejn mal membership . U Dawk li hallsu online ?

XAXQA. KEM SE TITOLBUWOM DONEJXIJN?

jekk jogħġbok ħallili messaġġ fil-privat, għandi xi affarijiet xi ngħidilkom li jistgħu jkunu ta' interess għalik

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 22
  • Shares: 5
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 41
  • Comments: 4

Comment on Facebook

God Bless

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

The best

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek