Għin
lill-Partit Laburista
March 1, 2019
Il-Ġimgħa, 1 ta’ Marzu 2019
Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Malta Ħielsa. Malta Suċċess.
Din hi t-tema li l-Partit Laburista għażel għax-xahar ta’ Marzu.
Tema li ssellem il-kisba importanti tal-Ħelsien erbgħin sena ilu. Tema li tfakkar l-mixja li għamel il-poplu Malti u Għawdxi tul is-snin. Tema li timmarka s-suċċess li pajjiżna qed jagħmel illum il-ġurnata.
F’messaġġ fuq il-paġna facebook tal-Partit Laburista f’bidu tax-xahar li se jfakkar din il-ġrajja importanti, il-Prim Ministru tenna li din kienet waħda mill-ikbar sfidi li l-poplu Malti qatt daħal għalihom.
“Minn ekonomija bbażata fuq il-militar u l-ħtiġijiet tal-barrani għażel li jitlaq għal rasu anke jekk kien jaf li l-bidu seta’ ma kienx faċli. Iżda, emmen f’Malta. Illum 40 sena wara Malta pajjiż indipendenti u ħieles u f’ħafna affarijiet mal-aqwa jekk mhux l-aqwa fl-Unjoni Ewropea,” qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru ħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jieħdu sehem fl-attivitajiet li qed jorganizzaw il-Partit Laburista u l-moviment li nbena madwaru. Iżda mhux biss.
“Inħeġġeġ lilna lkoll biex inżommu ġo fina l-ħeġġa għall-bidla li illum reġa’ għandna daqskemm kellhom il-Maltin u l-Għawdxin ta’ 40 sena ilu,” kompla l-Prim Ministru.
Tkellem ukoll dwar il-mod kif fl-aħħar snin il-poplu Malti ġedded il-Ħelsien b’iktar opportunitajiet u drittijiet.
“Fi żmien li ġej nistgħu niksbu ferm iktar flimkien biex Malta ta’ Għada tibqa’ mhux biss ħielsa iżda tkun saħansitra iktar suċċess,” temm il-Prim Ministru.
Filmat:https://www.facebook.com/partitlaburista/videos/554411748404315/
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.