• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

March 13, 2023

Il-ġrajja ta’ Malta Ħielsa hija l-boxxla li għandha dejjem tigwidana lejn fejn irridu mmorru.

“Dan il-moviment Laburista li kiseb il-Ħelsien għal pajjiżna, dejjem tmexxa minn prinċipji. Prinċipji li ngħixuhom kuljum u li tajjeb infakkruhom bħala Laburisti, Soċjalisti, u Soċjal Demokratiċi. Fejn aħna nafu li neżistu biex nieħdu d-deċiżjonijiet għall-ħafna, u mhux għall-ftit. Qegħdin hawn biex ngħinu lil min hu batut u naraw li ntejbu l-ħajja tal-inqas wieħed minnha fis-soċjeta’. Mill-gvern, iva anke mill-gvern, irridu nibqgħu nkunu aħna l-akbar aġenti tal-bidla. Fejn naħdmu biex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu.”

Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Xatt ir-Risq, il-Birgu fejn ġie mfakkar l-erbgħa u erbgħin anniversarju ta’ Malta Ħielsa. Ġrajja li ddefinixxiet ġens li f’mumenti ta’ sfida dejjem joħroġ l-aqwa tiegħu. 

Il-Prim Ministru saħaq li f’dawn il-jiem qed tiġi mfakkra r-rebħa elettorali ta’ sena ilu u l-għaxar sena ta’ Gvern Laburista. 

“Il-poplu sena ilu reġa’ silifna mandat ieħor.  U nitkellem dwar tislif ta’ fiduċja għax dik il-fiduċja irridu naħdmu għaliha kuljum. U għalhekk li l-poplu għażel lilna. Għażel li jafdana. Għax kelmitna mal-poplu nżommuha dejjem. Għax jiggwidawna l-prinċipji li jħaddan il-poplu tagħna. Għax ma nħallu qatt l-arroganza tegħlibna.  U fejn naraw l-arroganza naqtgħu lha rasha. Jien dejjem kont, għadni u nibqa’ mal-poplu. U nishaq fuq l-umilta’.”

Robert Abela qal ukoll kif il-Partit Nazzjonalista irid biss li jkollu l-poter. 

“Ħaddieħor iħobb u għandu kilba għall-poter iktar milli jħobb lil Malta. 

Ħaddieħor, suppost Maltin bħalna, użaw lil pajjizna, pajjiżhom stess wara kollox, bhala tarka biex jiddefendu pajjiz ieħor barrani fil-Parlament Ewropew. Sal-bieraħ!! Sal-lum stess dan!! Aħna ma nitkellmux fuq poter…Aħna nitkellmu fuq fiduċja, u kif dik il-fiduċja se nrodduha lura.”

Il-Prim Ministru sostna kif filwaqt li dan il-Partit ifakkar il-passat b’għożża, nitkellmu, noħolmu u nwettqu l-futur ukoll. 

“Kull mument li se tisilfuni l-fiduċja tagħkom jien se nuzah biex naħdem ħalli il-piżijiet ma ġġorruhomx intom.Jiena mhu se naqta qalbi qatt quddiem l-isfidi. Kbar kemm huma kbar. Għax jien        Mexxej tal-Partit Laburista. U hekk għamlu dawk kollha li ġew qabli. Ma qatgħu qalbhom qatt.”

Robert Abela saħaq kif filwaqt li f’pajjiżi oħra, illum qed jitkellmu fuq familji li din ix-Xitwa batew il-kesħa u żdied il-faqar ħabba l-piżijiet tal-kontijiet, hawn Malta nitkellmu fuq kif se nagħtu kundizzjonijiet aħjar lill-ħaddiema, familji u pensjonanti. 

“U sena oħra fil-Budget li ġej, se nagħtuhom aktar!!! Għax irridu pensjonanti ħielsa. Li jkunu f’pożizzjoni igawdu dak li batew għalih. Huma l-pensjonanti  li sawwru u bnew dan il-pajjiż b’valuri sodi. Fuq in-naħa l-oħra – iż-żgħażagħ.  Il-preżent u l-futur ta’ pajjiżna. Anke hawn, id-differenza ċara minħabba l-prinċipji li jiggwidawna.”

Il-Prim Ministru emfasizza kemm il-poplu Malti u Għawdxi għandu għalxiex ikun kburi li jappoġġja dan il-moviment. 

“Għollejna u se nkomplu nsaħħu ċ-children’s allowance għax hija wkoll miżura legat ta’ Gvernijiet Laburisti – biex it-tfal ikollhom opportunitajiet indaqs. Legat li saħħaħnih b’miżuri bħaċ-childcare b’xejn. Monument soċjali ieħor ta’ Gvern  Laburista…Iva, l-edukazzjoni u opportunitajiet indaqs għal uliedna huma wkoll parti mill-ġrajja tal-Ħelsien. Għax     li nagħtu opportunitajiet indaqs lil kull tifla u tifel f’pajjiżna jfisser li verament inkunu qed nizguraw futur sabiħ għal dan il-poplu.”

Robert Abela semma wkoll kif l-għan ta’ dan il-Gvern mhuwiex biss li jwettaq il-programm elettorali imma li permezz tiegħu naslu lejn soċjeta’ aktar ħanina u lejn ġustizza soċjali li twassal għal kwalita’ ta’ ħajja aħjar.

Il-Prim Ministru għalaq b’messaġġ ċar. 

“Il-kelma tiegħi mal-poplu Malti hi li se nibqgħu immexxu b’imħabba lejn kulħadd. Immexxu bi prinċipji ta’ ġustizzja soċjali. B’valuri sodi biex intejjbu s-soċjeta’ li ngħixu fiha. Lil uliedna nagħtuhom l-aqwa futur. Lill-anzjani tagħna wens u sostenn wara tant ħidma. Lill-ħaddiema tagħna u l-familji tagħhom l-aqwa kwalita’ tal-ħajja. Għax aħna l-moviment ta’ dan il-poplu ħabrieki. Il-Moviment tal-Ħaddiema u ta’ min Iħaddem. Għax aħna nemmnu fil-potenzjal ta’ kulħadd. Għax aħna lil Għawdex u Malta taghna inħobbuhom. Malta l-ewwel u qabel kollox. Flimkien se nibqgħu nirnexxu. Viva Malta Ħielsa.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Fiduċja f’aktar investiment.

Messaġġ ta’ fiduċja lill-investituri li jridu jinvestu f’pajjiżna. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 70
  • Shares: 41
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 ❤️ Ghal dak kollu li qed taghmlu ghal Pajjizna!

Prosit Prim Ministru

Proset

Korrott

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Grazzi tal-merbħa sabiħa fĦad-Dingli. 🔴

Grazzi tal-merbħa sabiħa f'Ħad-Dingli. 🔴 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 91
  • Shares: 6
  • Comments: 5

Comment on Facebook

Organizzazjoni kriminali taghmel gathering 😎

View more comments

Partit Laburista
3 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 317
  • Shares: 41
  • Comments: 23

Comment on Facebook

GREAT, GREAT MAN VERY HANDSOME!!!

Keep up the good work!

Nixtieq naf why great man meta qiegħed naraw dan kollu??? Dawn il prezzijiet dawn il bini kollox lanqas tieħu n-nifs....tumur is-sptar ħlief Arab u barranin. Tafu meta titkellmu meta ikollok il mart serju fil familja. Kelli nihu il mara tieghjaj st James al kurra għax ċertu instrumenti għanda ix xur tistena u ghara matibilawx li Services Mater Dei. Hu Tal Malti. Rubbish sur prim ministru.

Have a wonderful day!

The best

Viva Robert

Viva Robert Viva il Labour ♥️

veru li il Ministru tal finanzi qal li ha nigu 800 elf ruh ? Mela vera tridu iddejqu lill Alla li halaqkhom

M andix dubju li se tikseb iktar .... Ghalik u ghal shabek 😁😁😁

Fiducja fpajjizma iva imma fil Bobby le

youtu.be/VFq3Ige0-3A

View more comments

Partit Laburista was live.
3 days ago
Partit Laburista
Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli

Diskors tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela f’Ħad-Dingli ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 87
  • Comments: 11

Comment on Facebook

Kburin Bik 👏❤️

Prosit am proud of you

Watching you good as always

Proset tassew kliem MIRQUM MIT TNEJN LI INTKOM ISAHHA LILKOM U INHARSU IL QUDDIEM ISAHHA ❤❤

Proset Prim dejjem tissoda.

Proset

Prosit lil kulhadd

Prosit Dr Josianne Cutajar

So proud 👍❤️

Proud I support Labour

View more comments

Partit Laburista
4 days ago
Partit Laburista
Prosit lil Team Malta. 🇲🇹

Prosit lil Team Malta. 🇲🇹 ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 543
  • Shares: 42
  • Comments: 115

Comment on Facebook

Great job 👍well done Malta team, you made us proud.

Proset keep up the good work

Viva Malta

Viva Malta

Well done to all you were marvelous.viva Malta Grazzi.

Keep up the good work!

Keep up the good work!

Well done to all involed. Thank you so much.

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Great job 👍

Proset lil Kullhadd Viva Malta 🌹🌹🌹

Well done!! MALTA

Well done!!

Well done, tks il kullhadd bravi, well organised,

Well done

Well done!!

Well done!!Malta🇲🇹🇲🇹🇲🇹

Well done!! Malta 🇲🇹🇲🇹

Well done!!

Well done

Well done!! Malta

Well done!!

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek