Skip to content

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Laburista ta l-appoġġ unanimu tiegħu lill-Prim Ministru fid-deċiżjonijiet kollha li se jkun qed jieħu, wara diskussjoni ħielsa fejn il-membri kollha esprimew il-fehmiet tagħhom.

Il-Grupp irriafferma l-fiduċja sħiħa fil-Prim Ministru.

Fil-bidu tal-laqgħa, il-Prim Ministru ħabbar li wara l-aħħar żviluppi fil-Qorti, Chris Cardona qed mil-lum jirritorna bħala Ministru u Deputat Mexxej.

Il-Grupp Parlamentari qabel ukoll li l-ġimgha d-dieħla jsiru seduti Parlamentari li matulhom jigi diskuss il-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia wara li persuna tressqet formalment akkużata li kienet il-mandant tad-delitt.

Il-Grupp irringrazzja wkoll lil Helena Dalli li temmet il-mandat Parlmentari tagħha biex issa inħatret Kummissarju Ewropew.

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin