Għin
lill-Partit Laburista
August 10, 2019
Il-gvern bi proġetti li se jagħmlu d-differenza, l-oppożizzjoni bla pjan
Il-Gvern għandu pjan mifrux biex inaqqas it-traffiku u l-limitu fuq l-użu tal-vetturi la qatt kien u lanqas hu parti minnu.
Dan kien iddikjarat kemm -il darba u din il-pożizzjoni baqgħet ma nbidlitx.
Fuq kollox huwa evidenti għal kulħadd li l-pjan tal-gvern biex jindirizza l-isfida tat-traffiku huwa li jinvesti b’mod rekord fl-infrastruttura tal-pajjiż. Dan billi jagħmel xogħol li f’25 sena ta’ gvernijiet nazzjonalisti ma sarx. Ittieħdu wkoll miżuri bla preċedent bħal transport pubbliku b’xejn lill-eluf ta’ persuni.
Meta l-Partit Nazzjonalista jipprova jirkeb fuq l-għeluq ta’ toroq għall-ftit jiem jew affarijiet oħra li mhumiex parti mill-politika tal-gvern juri kemm il-Partit Nazzjonalista m’għandux fuqhiex jikkritika l-gvern.
Fiċ-ċirkostanzi jkun aħjar li jiddikjara hu x’politika jrid għall-ġejjieni, ladarba kull meta l-gvern ikun qed iwettaq proġett infrastrutturali joħroġ jopponi.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.