Għin
lill-Partit Laburista
July 7, 2019
Il-Gvern qed jeqred il-faqar li żied il-Partit Nazzjonalista
Kien ikun iktar għaqli kieku qabel tkellem dwar il-faqar il-Partit Nazzjonalista ra x’inhu r-rekord tiegħu. Fl-aħħar ħames snin tiegħu Gvern Nazzjonalista żied il-persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali b’21,000. Fl-ewwel ħames snin ta’ dan il-gvern il-persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali naqqsu bi 13,000 persuna.
Dan meta l-miżuri tal-baġits 2018 u 2019 għad iridu jkunu kkunsidrati, peress li s-SILC ippubblikat illum jitkellem dwar id-dħul tal-2017.
Il-Partit Nazzjonalista ma jistax ikun kredibbli meta juri li jew ma jafx jaqra l-istatistika jew irid iqarraq.
Għax fi ftit kliem il-Gvern tal-lum qed jeqred il-faqar li żiedu Gvernijiet Nazzjonalisti.
Dan qed jagħmlu billi jnaqqas il-piżijiet fuq il-familji Maltin u Għawdxin u billi jinċentiva x-xogħol u l-bżulija. Politika li ħalliet il-frott u se tkompli tagħti r-riżultati.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.