Għin
lill-Partit Laburista
May 7, 2023
Il-Gvern se jibqa’ jieħu deċiżjonijiet li joħolqu soċjetà iktar ġusta
Fi żjarat li kompla jkollu fil-komunità biex jiltaqa’ mar-residenti ta’ lokalitajiet diversi, il-Prim Ministru Robert Abela emfasizza kif il-gvern se jibqa’ jieħu d-deċiżjonijiet li jmexxu lil pajjiż ‘il quddiem, jindirizzaw it-tħassib tan-nies u li finalment joħolqu soċjetà iktar ġusta.
Fost il-komunitajiet ta’ Ħal Balzan u Ħal Qormi, il-Ħadd filgħodu, il-Prim Ministru sema mingħand in-nies filwaqt li fil-messaġġ tiegħu tenna li l-gvern għandu l-kuraġġ li jibqa’ jieħu deċiżjonijiet li jwasslu biex ikollna Malta iktar ġusta.
“Ħidmietna, dak kollu li ngħamlu, għandu dejjem ikun immirat biex insaħħu s-sens ta’ ‘fairness’ f’pajjiżna. Fejn iċ-ċittadin iħoss li tassew jgħix f’soċjetà fejn sehmu jkun valutat, fejn leħnu jkun mismugħ u fejn filwaqt li kulħadd jimxi ‘l quddiem, wieħed ma jimxix ‘il quddiem a skapitu ta’ ħaddieħor. Iżda kulħadd jimxi ‘l quddiem flimkien, tenna l-Prim Ministru. “Dan ukoll f’sens ta’ għaqda, għax soċjetà mifruda qatt tista’ tkun ġusta,” kompla jispjega l-Prim Ministru li rrefera għal attività kbira fl-ewwel ta’ Mejju fil-Belt Valletta bħala sinjal ċar favur dan il-messaġġ.
Il-Prim Ministru qal li l-gvern se jkompli jaħdem biex l-ekonomija tkompli tikber, iżda dan mhux akkost ta’ kollox u skont il-prijoritajiet il-ġodda li għandu l-pajjiż. Għalhekk, qal il-Prim Ministru, li jridu jsiru riformi fl-ippjanar biex iċ-ċittadini jħossu li s-sistemi huma ġusti magħhom, fejn jidher b’mod aktar ċar li l-vuċi ta’ kulħadd qed tinstema.
“Huwa dan is-sens ta’ ġustizzja li qed jarana ninvestu fiktar spazji miftuħa. Għax nafu li Malta ġusta hi dik fejn fi tmiem il-ġimgħa wara ġimgħa xogħol il-familji jkollhom fejn iqattgħu ħin ta’ mistrieħ flimkien,” qal il-Prim Ministru. Tenna wkoll li meta wieħed jippremjaw l-bżulija u jindirizza l-ħsibijiet tan-nies ukoll ikun qed joħloq soċjetà iktar ġusta.
Irrefera għal iskema magħrufa bħala tat-tax refunds fejn il-gvern jibgħat ċekk lill-ħaddiema kollha li jaqilgħu inqas minn €60,000 fis-sena bħala rikonoxximent għal ħidma tagħhom. Din is-sena l-iskema hija l-iktar waħda b’saħħitha fejn qed ikunu nvestiti €26miljun. Investiment fin-nies li l-oppożizzjoni titkellem kontra tiegħu.
Innota kif l-oppożizzjoni jipprovaw ipinġuh bħala xi ċekk iżolat li ma jagħmilx differenza biex jiġġustifikaw għaliex huma kontra din l-għajnuna. Iżda, l-Prim Ministru spjega kif dan wieħed min kulanna ta’ inizjattivi.
Irrefera għall-isfidi tal-inflazzjoni u tenna li għalkemm il-gvern żamm id-dawl u l-fjuwil stabbli, xorta fehem il- bżonn ta’ għajnuna addizjonali. Għalhekk iddaħal għall-ewwel darba mekkaniżmu ġdid għall-familji li l-iktar għandhom bżonn.
Fuq dan il-mekkaniżmu ġdid tal-għoli tal-ħajja il-gvern investa €16 -il miljun ewro għal 48,000 familja u dan gvern b’sens ta’ ġustizzja soċjali qawwi. “Ħaddieħor kien jitfa l-piżijiet fuq in-nies u jgħid li mhux prudenti li jwettaq il-wegħdiet elettorali. Aħna piżijiet ma tfajnix, u kull wegħda li għamilna se nwettquha,” qal il-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru temm jgħid li s-saħħa ekonomika ta’ dan il-pajjiż, l-investiment soċjali ta’ dan il-pajjiż insostnuh sakemm il-Partit Laburista jibqa’ jingħata l-fiduċja u dik il-fiduċja rridu naħdmu għaliha flimkien.
“Hekk pajjiżna jibqa’ mixi ‘l quddiem. Hekk nibqgħu niksbu aktar għall-familji u n-negozji tagħna. Hekk nibqgħu nwettqu t-twemmin ta’ Malta iktar ġusta,” tenna l-Prim Ministru.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.