Għin
lill-Partit Laburista
May 8, 2019
Il-K.E. b’rapporti li jikkonfermaw il-bidla
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-K.E. b’rapporti li jikkonfermaw il-bidla
Rapporti totalment differenti mill-2013
It-tbassir tar-Rebbiegħa tal-Kummisjoni Ewropea għall-2019 jikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li kienet għamlet il-Kummissjoni dwar pajjiżna fl-2013. B’hekk huwa xhieda tal-bidla li għadda minna pajjiżna fl-aħħar snin.
Fl-2013 -titlu tar-rapport fuq Malta kien “Malta: Subdued investment holds back growth”. Differenti ħafna mir-rapport ta’ din is-sena li jgħid “Domestic demand upholds the strong growth performance.”
Tkellmu dwar dan is-Segretarju Parlamentari, Silvio Schembri, il-kandidat tal-Parlament Ewropew James Grech u s-Sindku ta’ Bormla, Alison Zerafa.
Schembri nnota kif sitt snin ilu, ir-rapport tal-Kummissjoni ma kienx jitkellem fuq konsum privat li kiber b’7% u fuq investiment li ser jikber b’10%.
Minflok kien jirrimarka li “domestic demand remained weak as household consumption growth turned negative again and gross fixed capital formation contracted further”.
Sitt snin ilu r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea kien jgħid li “fiscal stance has lost momentum” b’żieda fid-deficit ‘l fuq minn 3% tal-ġid nazzjonali u b’piż tad-dejn nazzjonali mistenni li jilħaq 75% tal-ġid nazzjonali.
Illum l-esperti jgħidu li l-qagħda fiskali “was better than budgeted” u d-dejn nazzjonali mistenni li jonqos għal qrib 40% tal-ġid nazzjonali.
“L-Spring Economic Forecast għall-2019 jippreżentaw ekonomija totalment mibdula minn dik tal-2013,” qal Schembri.
Minn ekonomija fejn il-konsum privat u l-investiment kienu neżlin, għal ekonomija fejn dawn laħqu tkabbir rekord. Minn ekonomija fejn wara li taqta l-inflazzjoni, l-paga medja kienet staġnata, għal ekonomija fejn hemm tkabbir reali.
Minn ekonomija b’deficit fiskali qawwi u piż tad-dejn jaqbeż is-70%, għal ekonomija b’surplus regolari u piż tad-dejn dejjem nieżel.
James Grech tenna li diin il-bidla seħħet frott il-miżuri progressivi li ħadet din l-amministrazzjoni. “L-oppożizzjoni tgħid li m’għandniex pjan u lbieraħ il-Kummissjoni Ewropea toħroġ rapport li jikkonferma kemm pajjiżna miexi ‘l quddiem,” qal Grech.
Filwaqt li s-Sindku ta’ Bormla Alison Zerafa Civelli tkellmet kif is-sabiħ f’dan kollu hu l-fatt li r-riżultati ta’ dan it-tkabbir ekonomiku qed jinħass fost il-komunitajiet. Tkellmet dwar kif fil-lokal tagħha u l-madwar, partikolarment il-Kottonera, għaddej investiment mingħajr preċedent fl-infrastruttura u n-nies.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.