Għin
lill-Partit Laburista
March 9, 2020
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għal darboħra bi problema ta’ kredibilita’ u konsistenza
Adrian Delia ma jista’ qatt ikun kredibbli meta jitkellem kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika.
Dan wara d-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia aktar kmieni llum f’Jum il-Mara fejn saħaq favur il-politika li tipproteġi lill-mara u l-irwol tagħha fid-dinja ta’ llum.
Filwaqt li jilqa’ b’mod pożittiv din id-diskussjoni, il-Partit Laburista jfakkar kif kien Adrian Delia nnifsu li bla rimors ivvota kontra l-emendi fil-liġi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u l-vjolenza domestika fl-2018.
Emendi li komplew iħarrxu l-pieni fil-konfront ta’ dawk li jinstabu ħatja ta’ din il-pjaga soċjali.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.