Għin
lill-Partit Laburista
April 19, 2020
Il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel tiegħu t-talba ta’ Jason Azzopardi
Għal darba oħra dalgħodu l-Kap tal-Oppożizzjoni mhux biss iddefenda lil Jason Azzopardi li huwa ċar li qed iżomm il-Kap tiegħu ostaġġ, iżda bil-persistenza li ma jikkundanx dan l-aġir li jrid jitfa’ l-ħabs lil membri tal-Armata li salvaw tant nies u l-Prim Ministru li qed jiddeċiedi favur l-interessi ta’ Malta u l-Maltin, qed jagħmel tiegħu wkoll din il-logħba politika maħmuġa.
Ironikament din il-kundanna lil membri tal-Forzi Armati ta’ Malta ġiet f’ġurnata fejn mezzi tax-xandir irraportaw kif il-Forzi Armati li Delia u Azzopardi jridu jitfgħu l-ħabs, salvaw aktar minn 13,000 ruħ minn fuq il-baħar mill-2013 ‘l hawn.
Din il-kwistjoni mhux se tifred l-Oppożizzjoni għax l-Oppożizzjoni ilha mifruda, jekk xejn din il-kwistjoni kkonfermat kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni m’għandu l-ebda idea u jitkellem biss skont dak li jgħidulu d-Deputati li jġebbdu l-iżjed il-ġlekk tiegħu.
Filwaqt li l-Oppożizzjoni moħħha biex tikkundana lil min jaħdem b’risq pajjiżna, il-Gvern u l-Prim Ministru qed jiddeċiedu favur il-poplu Malti u Għawdxi għax qed iġġib saħħithom l-ewwel, dan filwaqt li xorta waħda toffri soluzzjonijiet umanitarji.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.