Skip to content

L-irresponsabbiltá tal-Kap tal-Oppożizzjoni ma tafx limitu u meta ma pparteċipax fil-ħatra tar-regolatur tal-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment qiegħed jabdika mir-responsabbiltajiet tiegħu.

Dan għax anke li kieku kellha tittieħed il-proposta tiegħu u l-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment jiżżarma għal kollox,il-pajjiż xorta waħda għandu jkollu regolatur li jissokta bix-xogħol fuq l-applikazzjonijiet li diġa’ saru u li jevalwa wkoll ir-riżultati u l-metodu kif tħaddem il-programm sa issa.

Iżda, Adrian Delia dan ma jinteressahx. Jinteressah biss li jagħlaq programm li minnu qed igawdi l-pajjiż. Fl-aħħar sigħat lanqas il-Kamra tal-Kummerċ ma qablet miegħu li l-programm għandu jingħalaq darba għal dejjem u minflok qed tipproponi tibdil bil-għan li l-programm jibqa’ għaddej.

Huwa Adrian Delia biss li minflok huwa interessat biex jirranġa u jtejjeb l-affarijiet huwa interessat biss biex ikisser.

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin