Għin
lill-Partit Laburista
April 18, 2020
Il-Kap tal-Oppożizzjoni jiddefendi l-aġir ta’ Jason Azzopardi
F’messaġġ lill-mezzi tax-xandir is-Sibt filgħaxija il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ddefenda lill-kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi li lbieraħ iffirma denunzja biex jitfa lill-ekwipaġġ tal-P52, lill-brigadier tal-Forzi Armati u lill-Prim Ministru għomorhom il-ħabs.
Delia ħareġ għonqu għall-kelliem tiegħu li wasal biex jakkuża lill-Prim Ministru u lill-membri tal-Armata bi qtil volontarju ta’ immigranti. Dan l-aġir seħħ fi żmien meta r-riżorsi kollha ta’ pajjiżna jinsabu ffukati fuq il-ġlieda kontra l-Covid-19 f’nofs emerġenza tas-saħħa pubblika.
Għar-ritratti, Delia mar għand il-Forzi Armati u sejjħilhom tarka ta’ pajjiżna.
Iżda fil-konkret, illejla lanqas kien kapaċi jikkundanna lid-deputat tiegħu li ffirma biex jitfa l-ħabs lill-istess Forzi Armati li qed jissagrifikaw kollox għas-sahha tal-poplu Malti u Ghawdxi.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.