Għin
lill-Partit Laburista
April 10, 2019
Il-kejl ta’ Delia konferma li sospensjoni finta
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-kejl ta’ Delia konferma li sospensjoni finta
Meta llejla tkellem dwar Herman Schiavone, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia prova jagħti l-impressjoni li Schiavone ssospenda lilu nnifsu anke jekk m’għamel xejn ħażin.
B’dan il-kejl allura Adrian Delia messu ilu li ssospenda lilu nnifsu. Dan għax l-akkużi li għandu hu fil-konfront tiegħu huma mill-iktar serji u jinkludu wkoll ħasil ta’ flus.
Bl-argumentazzjoni tiegħu llejla Delia kkonferma li ta’ Schiavone hi biss riżenja finta biex taħbi l-qasma interna fil-Partit Nazzjonalista ġimgħat qabel elezzjoni.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.