Għin
lill-Partit Laburista
March 14, 2021
Il-konfront u l-partiġġjaniżmu sfrenat iġibu l-mibegħda
L-attakk fuq ġurnalista minn wieħed mill-ikbar sostenituri ta’ Bernard Grech huwa sintomu tal-politika tal-konfront u l-partiġġjaniżmu sfrenat li l-Kap tal-Oppożizzjoni u dawk li jappoġġjawh jipprattikaw ta’ kuljum.
Id-diskors diviżiv, l-attitudni klassista u l-attakk fuq kull min għandu opinjoni differenti huma r-regola tal-ġurnata għall-fazzjoni ta’ Bernard Grech.
Dak li rajna dalgħodu fil-konfront tal-istess ġurnalista li hu stieden biex tintervistah m’hu xejn għajr sintomu ta’ dan.
Fuq kollox dan l-attakk seħħ mill-istess persuna li l-Qorti diġà kkundannatu għal attakki simili fuq deputat tal-Gvern.
Huwa Bernard Grech li b’għemilu jinstiga dan it-tip ta’ aġir. Ghalhekk min jappoġġjah ma ħasibiex darbtejn biex jattakka l-ġurnalista ladarba Bernard Grech innifsu attakka lill-ġurnalist li staqsih domandi li m’għoġbuhx.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.