Skip to content

aħbarijiet

May 6, 2019

Il-Partit Laburista biss qed jieħu lill Għawdex bis-serjeta

Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista  

 

Il-Partit Laburista biss qed jieħu lill Għawdex bis-serjeta

 

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Ministri Justyne Caruana u Ian Borg u mill-kandidat għall-Parlament Ewropew Felix Galea Busuttil ħareġ ċar li l-Partit Laburista biss qed jieħu lill Għawdex bis-serjeta. Dan wara li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia reġa’ darlu dwar il-proġett tal-mina.

Il-Ministru Justyne Caruana saħqet li bħala Għawdxin jafu l-proġett x’se jfisser u l-konsegwenzi pożittivi li se jġib fuq il-kwalita tal-ħajja tal-Għawdxin. Qalet li dan huwa Gvern li l-ħtiġijiet ta’ Għawdex u l-Għawdxin dejjem kienu fil-qalba tal-politika tiegħu. Hija saħqet li għal kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista dejjem kien konsistenti dwar dan il-proġett u għalhekk tressqet mozzjoni fil-Parlament sabiex b’mod anonimu jġibu l-appoġġ ta’ kulħadd u jkun hemm committment ċar tal-mod ta’ kif ser jimxu ‘l quddiem.

“Erġajna qed naraw Kap tal-Oppożizzjoni illi qed jmur kontra eżerċizzju demokratiku fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż, fejn qbilna l-membri parlamentari kollha b’mod unanimu, mentri issa qed ngħixu din l-inkonsistenza. Għawdex u l-għawdxin jridu ċ-ċertezza u jridu dan il-proġett jitwettaq. Dan huwa gvern illi dak li jwiegħed jwettqu,” stqarret Justyne Caruana.

Il-Ministru Ian Borg saħaq li l-unika partit politiku li jieħu lill Għawdex bis-serjeta huwa l-Partit Laburista. Qal li l-proġett tal-mina li ser ikun l-ikbar proġett infrastrutturali, saret kwistjoni ta’ kreddibilta. Wara l-U-turn li għamel Adrian Delia dwar il-proġett tal-mina, Ian Borg saħaq li lill Partit Nazzjonalista ma tistax tieħdu bis-serjeta fuq dak kollhu li niddeċiedu fuqhu.

Il-Ministru Borg qal li marru l-Parlament għaliex dan il-proġett jorbot iktar minn leġiżlatura waħda. Saħaq li ħaddieħor wiegħed dan il-proġett darbtejn, ivvota favur u ftit ġranet wara biddel il-pożizzjoni.

“Dan il-proġett ser jsir. Pero n-nuqqas ta’ kredibilita tal-Kap tal-Oppożizzjoni tispikka f’ċirkustanzi bħal dawn. L-unika partit li l-Għawdxin jistgħu jieħdu bis-serjeta huwa l-Partit Laburista,” saħaq il-Ministru Ian Borg.

Il-Kandidat għall-Parlament Ewropew Felix Galea Busuttil saħaq li l-konnettivita’ bejn iż-żewġ gżejjer hija ta’ importanza kbira. Qal li dan il-Gvern ser jagħmel studji serji kemm dak ġeoloġiku, ambjentali kif ukoll demografiku sabiex l-impatt tal-mina jkun wieħed pożittiv.

Huwa tenna li dan il-proġett huwa bżonn u ser jsir għax dan huwa Gvern li bill-fatti dak li jwiegħed jwettqu.

 

Uffiċċju Komunikazzjoni

Partit Laburista

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin