Għin
lill-Partit Laburista
April 17, 2019
Il-Partit Laburista garanzija ta’ kontijiet orħos
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-Partit Laburista garanzija ta’ kontijiet orħos
Bir-roħs fil-kontijiet tal-enerġija l-gvern ħalla b’iktar minn €80 miljun fis-sena fil-bwiet tal-familji u n-negozji. Iktar minn €400 miljun minn meta dan il-gvern żamm il-wiegħda li l-Partit Nazzjonalista kien issejaħ gimmick tal-millenju.
Fuq il-prezzijiet tal-enerġija l-politika ta’ dan il-gvern hi ċara.
Favur stabbiltà li żżomm il-prezzijiet baxxi u tati serħan il-moħħ lill-familji.
Din hi politika li jista’ jagħti garanzija tagħha biss dan il-gvern għax għal iktar minn darba l-kelliema preżenti tal-Partit Nazzjonalista tkellmu favur politika fejn il-prezzijiet jinbidlu kull xahar. Hija dik il-politika li tefgħet l-ikbar piżijiet fuq il-poplu u hija dik l-uniku idea li għad għandu l-Partit Nazzjonalista. B’dan il-gvern in-nies jafu li l-kontijiet saru orħos u se jibqgħu orħos.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.