Għin
lill-Partit Laburista
February 25, 2021
Il-Partit Laburista jikkundanna bla ebda riżerva l-aġir fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia
Il-Partit Laburista jikkundanna bla ebda riżerva u bl-iktar mod kategoriku, il-kumment dispreġjattiv fil-konfront tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia.
Dan il-kumment li sar minn kunsillier fir-Rabat, Għawdex, ma jissimbolizza bl-ebda mod dak li jemmen il-Partit Laburista u assolutament mhux ittollerat.
F’mument fejn l-istituzzjonijiet qed jaħdmu bla waqfien biex tkompli tinkiseb ġustizzja sħiħa f’dan il-każ, il-Partit Laburista jerġa’ juri solidarjetà mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia.
Dan hu mument fejn lkoll irridu naħdmu biex il-ferita li ħalla dan l-omiċidju tibda tingħalaq, qabel xejn għall-familja Caruana Galizia, kif ukoll għall-pajjiż.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.