Għin
lill-Partit Laburista
July 26, 2019
Il-PL isellem il-memorja ta’ Żep Camilleri
Il-Partit Laburista jsellem il-memorja ta’ Żep Camilleri, bniedem li ta kontribut enormi lix-xena tal-palk u d-drama f’pajjiżna. It-telfa tiegħu hija telfa għas-settur kulturali f’pajjiżna.
Żep Camilleri mhux biss kien jispikka għal ħiliet straordinarji tiegħu fil-qasam artistiku u tal-midja, iżda wkoll għall-fatt li dak li kien jaf hu dejjem prova jgħaddih lil ħaddieħor. Fil-fatt hu magħruf ukoll bħala edukatur mill-aqwa li kien protagonist f’bidliet li saru biex fis-settur edukattiv l-arti espressiva tkun mgħallma b’iktar professjonalità. Ir-reazzjoni ta’ ħafna studenti tiegħu għal din l-aħbar ta’ niket hija l-ikbar xhieda ta’ dan.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.