Għin
lill-Partit Laburista
March 6, 2019
Il-PL jilqa’ l-pożizzjoni tal-PN dwar in-nomina ta’ George Vella
Maħruġa mill-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-PL jilqa’ l-pożizzjoni tal-PN dwar in-nomina ta’ George Vella
Il-Partit Laburista jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, li qal li l-grupp parlamentari tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jivvota favur in-nomina ta’ George Vella bħala l-għaxar President tar-Repubblika ta’ Malta.
Ir-reazzjoni mis-soċjetà fl-aħħar sigħat ikkonfermat kemm l-għażla ta’ Vella kienet waħda xierqa b’mod partikolari minħabba l-integrità u l-esperjenza tiegħu.
Il-Partit Laburista jinnota wkoll l-argumenti politiċi u partiġjani li għamel Delia llejla.
Iżda, f’dan il-mument il-Partit Laburista se jgħażel li ma jidħolx f’battibeki ta’ natura partiġjana. Minflok il-poplu għandu jieħu gost bl-appoġġ unanimu li se jkun qed jikseb il-President il-ġdid tar-Repubblika.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.