Għin
lill-Partit Laburista
February 14, 2020
Il-PL se jkompli jġedded u jsaħħaħ l-istrutturi tiegħu
Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja ta’ nhar il-Ħadd se sservi bħala l-punt ta’ tluq għall-proċess ta’ diskussjoni fuq kull livell sabiex il-Partit Laburista, fl-okkażjoni tal-100 anniversarju mit-twaqqif tiegħu, ikompli jġedded il-politika tiegħu, l-operat, l-istrutturi u anke l-istatut.
Dan qaluh il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph De Battista u s-Segretarju Organizzattiv, William Lewis f’konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Kap Eżekuttiv, Randolph De Battista saħaq li din is-sena irridu nieħdu l-opportunita’ biex inħarsu lejn il-kisbiet u s-sehem li kellu dan il-Partit f’pajjiżna f’dawn il-100 sena. “Dan huwa Partit li jfittex u jaħdem għall-bidla. Qatt ma beża’ jbiddel… u se jibqa’ jaħdem biex jagħti spazju u vuċi liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha. Huma min huma, ġejjin minn fejn ġejjin.”
Is-Segretarju Organizzattiv, William Lewis semma sensiela ta’ attivitajiet maħsuba biex ifakkru dan l-anniversarju daqstant importanti. “Il-Partit Laburista ħa jkun qed itella musical dwar il-ħajja ta’ familja li għexet kemm iż-żminijiet diffiċli kif ukoll gawdiet mill-kisbiet li nkisbu bis-saħħa tal-Partit Laburista… Se jkun qed jintwera wkoll dokumentarju fejn se niltaqgħu ma’ persuni li kellhom irwol fundamentali fl-istorja tal-Partit filwaqt li se jkun hemm numru ta’ inizjattivi oħra fuq skala iżgħar.”
Il-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef spjega kif dan l-anniversarju qed narawh mhux biss bħala opportunita’ biex inħarsu lejn il-kisbiet u s-sehem li kellu dan il-partit f’pajjiżna iżda wkoll biex inħarsu ‘l quddiem u nwasslu l-futur. “Il-100 anniversarju tal-Partit Laburista huwa opportunita’ ta’ tiġdid għall-Partit Laburista. L-istorja tgħallimna li jekk ma tiġġeddidx, ma tibqax relevanti. L-għażla li qed nagħmlu bħala Partit hija li nantiċipaw dan.”
Il-Partit Laburista huwa partit li jrid isaħħaħ l-istrutturi tiegħu, filwaqt li jibdel dak li jista’ jsir aħjar.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.