Għin
lill-Partit Laburista
June 1, 2020
Il-PN għal darb’oħra b’dikjarazzjonijiet żbaljati
Bid-dikjarazzjonijiet li qed tagħmel, l-Oppożizzjoni qed tikkonferma n-nuqqas ta’ kapaċità fejn tidħol analiżi ekonomika u soċjali. Skont il-Kap tal-Oppozizzjoni bħalissa hawn 11,000 persuna li tilfu x-xogħol minħabba l-COVID-19. Dan meta fi stqarrija maħruġa fil-22 ta’ Mejju l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika sostna li sal-aħħar ta’ April kien hemm 3,979 persuna jirregistraw għal impjieg. Din il-figura hija kważi tlett darbiet inqas mill-ammont ta’ persuni bla impjieg skont il-Kap tal-Oppozizzjoni.
F’konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo u d-Deputat Ian Castaldi Paris fissru kif Dr Delia fixkel l-ammont ta’ persuni li applikaw għall-benefiċċji relatati mal-COVID-19 mal-ammont ta’ dawk li qed ifittxu impjieg.
“Meta wieħed jara din il-konklużjoni, turi kemm l-Oppożizzjoni ma tafx x’qed tgħid, ma tafx x’qed tagħmel u kemm mhijiex realistika mal-pubbliku hemm barra…Jien naffaxina ruħi kif l-Oppożizzjoni tipprova wkoll anke f’mumenti sensittivi bħal dawn, tiskorja punti politiċi li fl-aħħar mill-aħħar qed jissarrfu f’auto-goals,” sostna d-Deputat Ian Castaldi Paris.
Is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo saħaq kemm dan “hu Gvern li ħoloq l-opportunitajiet ta’ xogħol anke fi żminijiet u f’ċirkostanzi straordinarji bħal tal-lum, u għadna qed niġġieldu biex inkomplu noħolqu l-opportunitajiet tax-xogħol u ta’ kuljum naraw kif filwaqt li nseddqu l-investiment li għandna f’pajjiżna, naħdmu biex dejjem nattiraw iżjed investiment ġdid lejn dan il-pajjiż.”
Bħal-lum ġimgħa, il-Gvern se jkun qed iħabbar baġit multi-miljunarju fejn se nkunu qed inħabbru iżjed għajnuna sabiex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ tirpilja.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.