Għin
lill-Partit Laburista
May 20, 2019
Il-PN jerġa’ jagħżel li jifred
F’mument fejn il-poplu irid għaqda nazzjonali l-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jagħżel li jipprova jifred.
Każ li ma jirriflettix dak li hu u jemmen il-poplu Malti, il-PN qed jużah biex ikompli l-attakk tiegħu fuq l-istituzzjonijiet bħal pulizija u l-armata. F’konferenza tal-aħbarijiet il-Partit Nazzjonalista prova jkisser il-ħidma li jagħmlu mijiet ta’ ħaddiema b’dedikazzjoni f’dawn iż-żewġ istituzzjonijiet importanti.
Anke jekk Beppe Fenech Adami u l-kelliem tal-Partit Nazzjonalista jibqgħu jagħżlu l-messaġġ tal-firda u l-messaġġ kontra pajjiżna, il-Partit Laburista jibqa’ jibgħat messaġġ favur l-għaqda.
Fuq kollox il-Maltin u l-Għawdxin jafu li pajjiżhom mhux il-pajjiż li jipprova jpinġi l-Partit Nazzjonalista.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.