Għin
lill-Partit Laburista
August 17, 2020
Il-PN jinjora l-fatti biex jerġa’ jattakka l-armata
Illejla l-kelliem tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-Intern reġa’ rrikora għal stqarrija mgħaġġla u partiġġjana bbażata biss fuq dak li qara fis-social media.
Fl-istess ħin injora stqarrijiet uffiċjali li jmeru għal kollox il-konklużjonijiet tiegħu, fosthom dik li xi ħadd li allegatament għamel il-ħażin sab xi forma ta’ protezzjoni.
Li kieku ġara hekk ma kienx ikun hemm tkeċċija ta’ persuna kif ikkonfermat il-Forzi Armati ta’ Malta fl-istqarrija tagħha.
Li Beppe Fenech Adami u l-Partit Nazzjonalista ma jitilfux okkażjoni waħda biex jattakkaw l-armata kulħadd jafha. Ilhom snin mehdija f’attakk insensat fuq it-tmexxija tal-armata, liema attakk anke l-Qorti ġabitu fix-xejn.
Il-Forzi Armati wriet li quddiem kull tip ta’ allegazzjonijiet kienet soda favur id-dixxiplina u kienet ukoll ċara li jekk minn inkjesta interna dwar dan il-każ jirriżulta li hemm ħtieġa ta’ passi oħra, dawn jittieħdu.
Beppe Fenech Adami qed juri bil-kontra. Għaliex jagħti kenn lil min l-għemil tiegħu qajjem ħafna mistoqsijiet biex jattakka lil min ħa passi kull meta ġie quddiemu aġir mhux denju ta’ membru tal-armata.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.