Għin
lill-Partit Laburista
May 3, 2019
Il-PN l-ikbar theddida għas-sistema tat-taxxa Maltija
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-PN l-ikbar theddida għas-sistema tat-taxxa Maltija
L-ikbar theddida għas-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna, inkluż il-mod kif titħaddem it-taxxa, hu l-Partit Nazzjonalista. Dan għax permezz tal-Membri tal-Parlament Ewropew tiegħu l-Partit Nazzjonalista kien spalla ma’ spalla ma’ min attakka s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna kontinwament.
Roberta Metsola u David Casa appoġġjaw u ġabu Malta jikteb ir-rapport lil min ried ipinġi lil Malta bħala ‘tax heaven.’ Min rewwah kontra Malta ma jitwemminx meta jgħid li jrid jiddefendiha.
Kienu l-MEPs tal-Partit Laburista u Ministri tal-gvern li kontinwament ddefendew lil Malta minn dawn l-attakki.
Fuq kollox fil-manifest elettorali tiegħu l-Partit Laburista tkellem b’mod ċar dwar kif Membri tal-Parlament Ewropew jemmnu li kwistjonijiet ta’ tassazzjoni jibqgħu kompetenza nazzjonali u dan mhu se jinbidel bl-ebda mod.
L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista, li ma waqfux jitkellmu kontra pajjiżna fi Brussell, illum ma jistgħux ikunu kredibbli meta jgħidu li jridu jħarsu s-sistema finanzjarja ta’ pajjiżna.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.