Skip to content

aħbarijiet

November 20, 2019

Il-PN bla rispett lejn l-istituzzjonijiet  

Illejla l-Partit Nazzjonalista reġa’ wera li m’għandux rispett lejn l-istituzzjonijiet.

Id-deputati tal-Oppożizzjoni telqu ‘l barra mill-Parlament meta l-Prim Ministru kien għadu kemm ikkommetta ruħu li jagħti rendikont lill-Kamra tar-Rappreżentanti u joqgħod għall-mistoqsijiet kollha tad-deputati fil-mument opportun. Dan meta jkun ċar li ma jippreġudikax l-investigazzjonijiet tal-pulizija. Iżda, jidher li dan mhux l-interess tal-Partit Nazzjonalista.

L-aħħar sigħat reġgħu wrew li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna huma b’saħħithom u jaħdmu għall-kuntrarju ta’ dak li ilu jgħid il-Partit Nazzjonalista. Il-Prim Ministru u l-gvern qed jassiguraw li l-istituzzjonijiet jaħdmu f’serenità mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd.

 

Aqsam ma' ħaddieħor

Share on facebook
Share on twitter
Share on linkedin