Għin
lill-Partit Laburista
April 25, 2019
Il-PN ried iċaħħad 2,600 żagħżugħ mid-dritt tal-vot
Maħruġa mill-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista
Il-PN ried iċaħħad 2,600 żagħżugħ mid-dritt tal-vot
Permezz tal-mossa tal-Partit Nazzjonalista li ma joħroġx biżżejjed kandidati f’23 lokalita, l-iktar li għandhom biex iħossuhom offiżi huma dawk l-2600 żgħażugħ u żgħażugħa taħt it-tmintax il-sena li huma residenti fit-23 lokalita, li l-Partit Nazzjonalista tathom id-dritt tal-vot fuq il-karta imma ma riedithomx jivvutaw. Dan qalu l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, meta kien qed jieħu sehem f’sessjoni tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista fl-Imsida.
Dr Muscat saħaq li l-iskop ta’ partit politiku f’demokrazija hu biex ipoġġi lilu nnifsu għall-għażla u għall-ġudizzju tan-nies. Il-Partit Nazzjonalista llum ċaħad in-natura stess ta’ dak li tagħmilna demokrazija, dik li nagħtu d-dritt lill-poplu tagħna illi jiġġudikana. Dr Muscat kompla jgħid li jemmen li dak li ser ikunu qed jipproponu fil-lokalitajiet hija qabża fil-kwalita.
Gvern li jaħseb f’kulħadd
Dwar il-ħaddiema tal-Korpi, Dr Muscat spjega li kif ġie mħabbar illum, ser tidħol fis-seħħ it-tielet parti tal-flus lura li ser iroddu lill dawn il-ħaddiema. Dr Muscat qal li s-surplus sejjer ukoll biex jikkoreġu l-iżbalji li saru minn ħaddieħor fil-passat fejn 6000 persuna dalwaqt ser jerġgħu jibdew jirċievu ċ-ċekkijiet u bejniethom ħa jieħdu 11 il-miljun u nofs oħra, li huma flus li kienu dovuti, flus li ħaddieħor ma kienx tahom. Dan jinkludi n-nies li kienu fil-Pulizija u ma tħallsux għall-overtime, lin-nies li kienu ħaddiema tax-Xatt u lill-eredi tagħhom u nies oħra bħal tal-Malta Electricity Board. B’kollox dan il-Gvern se jkun tagħhom 33 miljun ewro b’kollox. “Qed nagħtu lill kulħadd mingħajr ma nieħdu lill ħadd. Kull sena qed inħallsu parti mill-inġustizzji li kkometta ħaddieħor,”sostna Dr Muscat.
Dr Muscat spjega li skema oħra li waslet fi tmiema u ilha għaddeja għal dawn l-aħħar sebgħa snin hi dik ta’ min xtara il-karozza u ġie ċċarġjat inġustament il-VAT fuq it-taxxa tal-karrozza. Meta kien MEP Dr Muscat kien tkellem favur il-konsumatur Malti u kellu jkun Partit Laburista fil-Gvern li ħareġ din l-iskema u ħallashom kollha.
Uffiċċju Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.