Għin
lill-Partit Laburista
October 1, 2023
Il-politika tal-inċentiv biex nibqgħu Nsaħħu lil Malta Tagħna
Aħna se nibqgħu nkunu dak il-Gvern li nappoġġjaw in-negozji leġittimi ta’ pajjiżna. “Se nkomplu ngħinu lill-istartups jinvestu f’pajjiżna u se nkomplu ngħinu wkoll lil dawk il-kumpaniji li jinvesti fl-ekonomija l-blu. Il-fatturi ewlenin għas-sostenibilita’.”
Il-Prim Ministru qal dan fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista filwaqt li emfasizza l-ħtieġa li nibqgħu nisimgħu lin-nies u nindirizzaw ir-realtajiet tagħhom.
Spjega kif bħalissa l-inflazzjoni qed tiddomina kull diskussjoni li jkollna iżda dan il-Gvern qed jilqa’ għaż-żidiet sostanzjali għall-kontijiet tal-fuel, dawl u ilma. “Deċiżjoni li ebda pajjiż ieħor Ewropew ma ħadha. Aħna ħadniha mill-pandemija ‘l quddiem u kienet kruċjali biex żammejna din l-istabilita’.”
Robert Abela semma wkoll kemm kien kruċjali li l-prezzijiet ma kinux ibbażati fuq is-suq internazzjonali kif propona l-Kap tal-Oppożizzjoni għax iż-żidiet fil-kontijiet kienu jkunu kbar. “Bid-deċiżjonijiet li ħadna, illum familja ta’ erbgħa qed tiffranka mal-elfejn ewro fis-sena. Tajna l-ogħla żidiet fil-pensjonijiet. Magħha, f’perjodu ta’ inflazzjoni daħħalna benefiċċju addizjonali li fih gawdew 46,000 familja, €90 ewro żieda fic-children’s allowance, twessiegħ tal-in-work benefit u għexieren ta’ miżuri oħra li wettaqna u se nkomplu nwettqu biex insostnu lill-familji tagħna.”
Il-politika tal-inċentiv ta’ dan il-Gvern se twassal għal iżjed riformi importanti fosthom ta’ fejn irridu nieħdu lil pajjiżna u xi sfidi jiżviluppaw.
“Riformi importanti fosthom ta’ fejn irridu nieħdu lil pajjiżna u xi sfidi żviluppaw. Insemmi l-linja nazzjonali tal-ajru. Il-viżjoni tiegħi hi l-istess viżjoni li kellu l-perit Mintoff li jkollna linja nazzjonali tal-ajru u dak huwa l-prinċipju li bdejna fid-diskussjonijiet bih mal-Kummissjoni Ewropea. Prinċipju ewlieni li ġie preservat…Linja nazzjonali tal-ajru fejn il-flotta tal-ajruplani se tkun waħda li tirrapreżenta kif nafuha aħna. Għamilna każ b’saħħtu u kkonvinċejna lill-Kummissjoni Ewropea. Sostenibilita’.
Dwar l-iskart u ż-żamma tal-lokalitajiet tagħna, il-Prim Ministru spjega kif is-sens ċiviku fin-nies huwa evidenti li ssaħħaħ. “Riżultat tanġibbli li bis-saħħa ta aktar infurzar, mexjin fid-direzzjoni t-tajba. L-ikbar rispett li rridu nuru huwa x’viżjoni rridu ghal pajjiżna. Viżjoni li nkabbru l miżbliet tal-wasteserve kif kienet sa ftit snin ilu? Jew il-viżjoni tagħna fejn mill-iskart noħorġu riżorsa bid-diversi proġetti li qed nagħmlu. Dawn l-għazliet li rridu nagħmlu.”
Sentiment ħolistiku u pożittiv bejn il-Mexxejja tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea.
“Sentiment komuni bejn id-disa’ Mexxejja tan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa ta’ din il-laqgħa f’pajjiżna fi żmien delikat u ta’ insigurta’ fejn qbilna li flimkien irridu nkunu aħna li dik l-insigurta’ ndawwruha f’sigurta’.”
Il-Prim Ministru qal dan f’kuntest fejn is-soluzzjoni ewlenija hija li ninvestu f’dawn il-pajjiżi. Qal ukoll li fl-enerġija rinovabbli, il-pajjiżi għandhom potenzjal enormi tant li parti mid-dikjarazzjoni li saret fl-istess laqgħa kien il-qbil li l-Mediterran ikun hub ta’ enerġija. Robert Abela sostna li ż-żjara mal-President tal-Kummissjoni Ewropeafl-iskola tan-Nadur tabbina l-prinċipji ta’ dan il-Gvern li jkompli jsaħħaħ l-edukazzjoni ta’ wliedna. “Tirrapreżenta l-għaqal ta’ pajjiżna li rnexxielna nġibu l-akbar pakkett ta’ Fondi Ewrope fl-2020, il-pjan ta’ rkupru b’saħħtu li preżentajna u wettaqna wara l-pandemija u anke l-mod kif jitqassmu l-fondi.
Il-Prim Ministru temm b’messaġġ ċar.
“Resqin lejn budget u jekk tgħidli l-prinċipju fundamentali li qed jigwidana fid-diskussjonijiet huwa l-enfasi fuq is-soċjal. Budget li rridu nuru l-għeruq soċjalisti tagħna. Li nħossu għal min għandu bżonn il-vera għajnuna fis-soċjeta’ tagħna.”
Uffiċċju tal-Komunikazzjoni
Partit Laburista
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.