• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

August 16, 2020

“Il-prijorità kienet, għadha u se tibqa’, is-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi” – Il-PM Robert Abela

“Qegħdin f’mument fejn il-poplu Malti rridu nkomplu nuruh kemm aħna bħala Gvern nipprijoritizzaw is-saħħa tiegħu. Dik kienet l-ewwel prijorità f’Marzu, baqgħet tul ix-xhur li għaddew, u se tibqa’ l-prijorità sakemm il-pandemija tasal fit-tmiem tagħha.”

 

B’ton trasparenti, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar numru ta’ fatti meta l-Ħadd filgħodu kien intervistat minn ġurnalisti minn kmamar tal-aħbarijiet differenti.

 

Robert Abela qal li pajjiżna rnexxielu jikkonvinċi liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-ECDC, biex l-immigranti li huma pożittivi għall-COVID-19 f’pajjiżna, ma jitqisux mat-total ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż. Dan ifisser li mit-total ta’ infezzjonijiet f’pajjiżna, se jidhru 137 inqas minħabba l-immigranti.

 

Meta tkellem dwar l-istatistika tal-ECDC, il-Prim Ministru nnota li Malta hija l-inqas pajjiż li għandu infezzjonijiet, u l-inqas pajjiż fl-Unjoni Ewropea li kellu mwiet ta’ persuni nfettati bil-Coronavirus. Meta għamel paragun mal-Lussemburgu, l-iżgħar pajjiż wara Malta, innota li f’Malta hawn 1175 każ ta’ infezzjonijiet, u fil-Lussemburgu 7405. Filwaqt li f’Malta kien hawn 9 imwiet, fil-Lussemburgu kien hemm 122.

 

“Il-paraguni huma udjużi f’dan il-mument imma huwa tajjeb li wieħed isemmi l-fatti biex jirbħu fuq l-ispekulazzjoni”, saħaq il-Prim Ministru.

 

Robert Abela wera statistika li turi b’mod ċar li Malta tinsab fil-quċċata. Qal li filwaqt li pajjiżi oħrajn żammew ir-rata ta’ testijiet baxxa, Malta qed tagħmel madwar tliet darbiet iżjed bħala testijiet, imsejsa fuq strateġija li nsibu aktar pesuni pożittivi u jiġu iżolati.

 

Il-Prim Ministru appella għall-bidla fl-attitudni għal min qed jixtieq aħbarijiet ħżiena dwar il-COVID-19 biex iwaħħal fil-Gvern, u minflok terġa’ tirbaħ l-għaqda nazzjonali.

 

“Diżappuntat nara min jitlob b’mod ipokrita riżenja tal-Ministru tat-Turiżmu. Dan huwa l-livell li qed naqgħu fih aħna bħala pajjiż? Ejja nwarrbu l-interessi politiċi fil-ġenb u nibqgħu ffukati fuq din il-kwistjoni importanti… Sar kollox perfett? Le. Minn Marzu, stajna ħdimna aħjar? Iva. Kellna l-iżvantaġġ, bħalma kellu kull mexxej ta’ kull pajjiż ieħor, li qed nittrattaw sitwazzjoni li ħadd minna m’għandu manual dwarha. Kull mexxej dinji qiegħed maqbud li jrid jieħu kontinwament deċiżjonijiet li jibbilanċja bejn is-saħħa u l-ekonomija tal-pajjiż”, spjega l-Prim Ministru.

 

Robert Abela qal li llum qegħdin f’sitwazzjoni li rridu nnaqqsu n-numru ta’ każijiet pożittivi u r-rata ta’ tifrix. Innota li d-distanza soċjali mhix tinżamm, u qal li din għandha tiġi mill-persuna li żżomm id-distanza soċjali.

 

“Ejja neżerċitaw l-awto dixxiplina. Inżommu d-distanza soċjali. Ejja nidraw u nibqgħu nilbsu l-maskri mhux biss fejn tgħid il-liġi imma anki lil’hinn. Dan hu mument li nibqgħu għaddejjin bil-ħajja tagħna ta’ kuljum imma nżommu d-dixxiplina. Biex jirnexxi l-approach differenti li neħtieġu llum, irridu nżidu d-dixxiplina tagħna nfusna.”

 

Il-Prim Ministru żied li se jkun qed jiżdied l-ittestjar fl-ajruport, minkejja li dan iġib miegħu diffikultajiet loġistiċi imma huwa meħtieġ fil-mument.

 

“Ma rridx immur għal strateġija li nġibu lin-nies priġunieri f’darhom. In-nies tittrawmatazzahom meta tkun aggressiv iżżejjed fil-miżuri u allura rrid li jintlaħaq il-bilanċ bejn li tiġi protetta s-saħħa tan-nies b’miżuri diretti u kliniċi u mingħajr ma mmorru overboard. Ir-riżultati tkellmu waħedhom fl-aħħar xhur u nerġgħu nġibuhom, imma nitlob għad-dixxiplina u għall-għaqda nazzjonali.”

 

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista nnota wkoll li f’mument meta suppost l-Oppożizzjoni qed tiġbed ħabel wieħed u tgħin lill-Gvern fl-istrateġija tiegħu, il-Partit Nazzjonalista mar għal elezzjoni u nfexx f’attakki personali biex jagħżel Kap Nazzjonalista.

 

Meta tkellem dwar l-importanza tal-iskejjel, fost l-oħrajn, il-Prim Ministru qal li d-direzzjonijiet jingħataw mingħand is-Supreintendenza tas-Saħħa Pubblika. Saħaq li huwa kruċjali li l-iskejjel jiftħu u t-tfal imorru l-iskola ħalli jsir l-iżvilupp soċjali meħtieġ.

 

“Fil-mument li aħna ħa nagħlqu bars, diskoteki u nightclubs, il-konsegwenza naturali se tkun li inti se jkollok pocket fit-turiżmu tagħna li mhux se jsir. Dik hija l-għażla li se niddiskuti aktar tard illum mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci biex nieħdu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Se nqisu dawn l-aspetti kollha, nagħmlu eżami tal-bilanċ, u naraw x’inhuma l-aħjar deċiżjonijiet li jittieħdu.”

 

Robert Abela fakkar li kien diġà previst li meta jiġu llaxkati ċertu miżuri, se jkun hemm żieda fl-infezzjonijiet, imma tenna li din hija realtà, li sakemm ikollna vaċċin, irridu nidraw ngħixu f’din is-sitwazzjoni billi nżidu d-dixxiplina u jekk hemm bżonn, il-miżuri.

 

“Il-komunikazzjoni tal-Gvern se tkun qed tiżdied. Irridu nżommu kontinwament lin-nies infurmati mhux biss fuq ir-rati ta’ infezzjonijiet imma anki l-andament ekonomiku u t-turiżmu… Irridu nkunu f’kuntatt kontinwu man-nies u jkun hemm djalogu b’saħħtu.”

 

Gvern li jmexxi b’mod trasparenti u onest

 

Fi tmiem ġimgħa li fiha ħabbar viżjoni ekonomika għall-futur imsejsa fuq ħames pilastri ewlenin, il-Prim Ministru Robert Abela qal li pajjiżna jrid jimxi għat-tarġa li jmiss minkejja din l-isfida bla preċedent fl-aħħar xhur.

 

Meta tkellem dwar l-ewwel pilastru, dak tal-governanza tajba, il-Prim Ministru qal li l-aġenzija ta’ kreditu Moody’s irrikonoxxiet il-bidliet kbar li l-Gvern Malti wettaq f’dan is-settur, fosthom fejn jidħlu l-persuni li jokkupaw l-ogħla istituzzjonijiet fil-pajjiż, li qed u se jiġu maħtura b’sejħa pubblika. Dan wara djalogu miftuħ mal-Kummissjoni Venezja.

 

Dwar il-prinċipju ta’ tkabbir ekonomiku għal kwalità ta’ ħajja aħjar, il-Prim Ministru nnota li dan irid ikun sostenibbli biex iwassal għal aktar ħin ta’ kwalità mal-familji.

 

“Irridu soċjetà aktar ħanina u nħarsu lejn nies li jaqgħu lura. Ejja ma ninsewx lill-fqir, liż-żgħir u lill-batut. Jekk wara t-terminu ta’ Prim Ministru tiegħi hemm xi ħaġa li nibqa’ niġi mfakkar għaliha hija dik li ħsibt fiż-żgħir… Minkejja li qegħdin f’pandemija, irridu nerġgħu naqbdu t-triq tan-normalità biex il-politika ta’ dan il-Gvern ta’ mobilità u ġustizzja soċjali, tiġi trasformata f’azzjoni. Biex tagħmel il-ġid liż-żgħir u lill-batut, irid ikollok minn fejn tqassam.”

 

Il-Prim Ministru semma wkoll il-pilastri ta’ edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha iżjed fit-tul, titjib fl-infrastruttura tal-pajjiż, u li Malta tkun ħielsa mill-karbonju sas-sena 2050.

 

L-għada li Dr Peter Grech ta r-riżenja tiegħu lill-President ta’ Malta, il-Prim Ministru qal li se jitlob li jkun hemm kopja tal-ittra tar-riżenja tiegħu biex tiġi ppubblikata, ħalli l-poplu jkollu r-raġunijiet għaliex l-Avukat Ġenerali ħa dik id-deċiżjoni.

 

“Dan huwa l-mod sempliċi ta’ kif wieħed imexxi Gvern b’mod trasparenti u onest. Nixtieq iżjed djalogu man-nies, nistgħu naqblu u ma naqblux, imma fl-aħħar mill-aħħar għandi għal qalbi ħafna lil Malta, lil Għawdex, lin-nies minn kull firxa tas-soċjetà tagħna partikolarment il-firxa t’isfel. Ma nista’ ninsa qatt lil dawk li rridu ngħinu iżjed, u għalhekk entużjast li għall-budget li ġej, inżommu dik il-prijorità. Kuntent li ninsab imdawwar b’nies li għandhom ruħ soċjali bħali, ejja nħarsu ’l quddiem sabiex għada jkun dejjem aħjar mil-lum.”

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
2 hours ago
Partit Laburista

Photos from Partit Laburista's post ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 8
  • Shares: 1
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
6 hours ago
Partit Laburista
Id-differenza bejn Robert Abela u Bernard Grech

Għal ħaddieħor, l-għajnuniet li jagħti l-Gvern mhumiex sostenibbli. Irid jipprova jaqtagħlek qalbek.

Id-direzzjoni tagħna hija ċara. Ingħaqad magħna.

Ċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 44
  • Shares: 35
  • Comments: 2

Comment on Facebook

Haddiehor f' l- Opposiizzjoni kollox BABAW, Izda meta jkunu fit-TMEXXIJJA JKUNU HEMM BISS BIEX JIGU SERVUTI W MHUX BIEX JSERVU LIL POPLU MALTI.

Partit Laburista
22 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 78
  • Shares: 69
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 63
  • Shares: 70
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 66
  • Shares: 48
  • Comments: 8

Comment on Facebook

Well done prim

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek