• Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead
Partit Laburista
  • Aħbarijiet
  • Min Aħna
    • L-Istorja Tal-Partit Laburista
    • Mexxej
    • Amministrazzjoni​
    • Grupp Parlamentari
    • MEPs
  • Malta Flimkien
  • Sħubija
  • Donazzjoni
  • KGA 2022
  • Lead

aħbarijiet

September 20, 2020

“Il-prijorità ta’ dan il-Gvern tibqa’ l-iżvilupp edukattiv ta’ wliedna.” – PM

“Ejja nifhmu li għandna l-iżvilupp edukazzjonali u soċjali ta’ ġenerazzjoni.”

Hekk sostna l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela waqt intervista l-Ħadd filgħodu flimkien ma’ Peppi Azzopardi fuq ONE, dwar il-ftuħ tal-iskejjel f’pajjiżna.

Il-Prim Ministru assigura li dan il-Gvern qed jipprepara għal kull eventwalità sabiex l-iskejjel ikunu preparati quddiem il-pandemija.

“Il-ġranet li ġejjin se jkunu jfissru d-deċiżjoni bejn li nitilfu ġenerazzjoni ta’ tfal fl-iżvilupp soċjali u edukattiv jew le. Madankollu jien, il-Gvern immexxi minni qed inżommu track kuljum tas-sitwazzjoni kif qed tevolvi kemm mill-aspett ta’ saħħa u kemm konsiderazzjonijiet oħrajn imma prijorità tibqa’ l-iżvilupp edukattiv ta’ wliedna.”

Il-Prim Ministru sostna wkoll l-importanza ta’ sistemi differenti ta’ tagħlim sabiex l-ebda student ma jitlef l-edukazzjoni tiegħu.

Dwar il-vaċċin, Robert Abela qal li se jkun game-changer fl-isfond ta’ każijiet tal-Covid-19 li filli jitilgħu u filli jinżlu mad-dinja kollha u mhux biss f’Malta. B’hekk saħaq sabiex il-poplu jagħraf din in-normalità ġdida u jagħti importanza l-miżuri kontra t-tixrid tal-pandemija sabiex il-Gvern ikompli jsib il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija.

“Il-ħajja trid tibqa’ għaddejja f’realtá differenti. Ma nistgħux aħna noqtlu l-ekonomija tagħna, ma nistgħux aħna ngħalqu n-negozji tagħna.”

“Il-prinċipju dwar l-immigrazzjoni jibqa’ n-nuqqas ta’ wasliet.” – PM

“Bħala pajjiż għamilna minn kollox u aktar milli minn kollox biex in-numri ta’ wasliet f’pajjiżna jonqsu. Biss biss insemmi Awwissu. Il-peak season, il-peak month tal-immigrazzjoni. Din is-sena kellna wasliet żewġ terzi inqas mis-sena ta’ qabel minkejja li t-tluq kien ħafna iżjed.”

Dan kien is-sentiment tal-Prim Ministru meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni f’pajjiżna. Dan filwaqt li sostna l-ħidma ta’ pajjiżna sabiex nibqgħu nsalvaw il-ħajjiet.

“Bħala pajjiż għamilna dak kollu li stajna biex insalvaw il-ħajjiet. Dak l-obbligu primarju ta’ kordinament tas-salvataġġ u ħajjiet ma njorajnieh qatt.”

Il-Prim Ministru aċċenna wkoll għad-dikjarazzjonijiet tal-kandidat tal-establishment għal kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista fejn sostna li Malta tiflaħ aktar immigranti.

“Dan il-messaġġ li rridu nibgħatu għax dan huwa verament messaġġ li jdejjaqni li m’għandix l-Oppożizzjoni miegħi fuq dan il-punt li ngħidu Malta full-up. Jekk se mmorru b’pożizzjoni fraġli u ngħidu li nifilħu iżjed ibqa’ ċert u żgur fuq il-prinċipju tas-solidarjetà kulħadd jitkellem imma meta tiġi biex issib għajnuna ftit li xejn issib. ”

Il-Prim Ministru sostna li s-soluzzjoni għal din il-pjaga hija fix-xtut Libiċi u għalhekk il-ħidma ta’ Malta flimkien mal-Gvern Libjan sabiex isib tarf din il-problema.

Dwar is-sitwazzjoni fil-ħabs, il-Prim Ministru Robert Abela tenna li fiż-żjarat tiegħu fil-ħabs anke f’dawn l-aħħar ġimgħat ra serenità f’għajnejn il-ħabsin.

Fil-fatt meta mistoqsi dwar it-tmexxija tal-ħabs, il-Prim Ministru aċċenna għat-tneħħija tad-droga fil-ħabs u kif din għamlet passi ta’ ġgant.

“Hemm żewġ affarijiet li kienu prevalenti fil-ħabs. Il-kwistjoni tad-droga li nqatgħet u l-vjolenza fuq il-gwardjani u l-priġunieri nfushom….L-assessment tiegħi tas-sitwazzjoni hija li l-ħabs għamel passi ta’ ġgant ‘il quddiem.”

“Jien ilqajt it-talba tal-Imħallfin li nestendi l-inkjesta sa Diċembru li ġej.” – PM

Waqt l-intervista, il-Prim Ministru ċċara wkoll il-fatti dwar l-estensjoni tal-inkjesta pubblika fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Il-Prim Ministru spjega kif kienu l-Imħallfin infushom li talbu għal estensjoni fl-inkjesta pubblika sa Diċembru li ġej. Liema inkjesta fil-parametri tagħha kien hemm qbil bejn il-familja Caruana Galizia u l-Gvern, li titlesta fi żmien 9 xhur. Dan il-perjodu għalaq f’Awwissu li għadda.

Madanakollu Robert Abela spjega li ma jridx li l-inkjesta tibqa’ tiġi mġebbda aktar minn Diċembru. Dan sabiex ikunu jistgħu jittieħdu aktar deċiżjonijiet favur is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba f’pajjiżna.

“Ix-xewqa tiegħi li jkolli r-rapport tal-bord tal-inkjesta f’idejja ħalli umbgħad kwalunkwe affarijiet li jridu jitranġaw, kwalunkwe deċiżjonijiet li jridu jittieħdu abbażi ta’ dak ir-rapport ikunu jistgħu jittieħdu. Dan ir-rapport rridu f’idejja anke biex inkompli fil-ħidma tiegħi biex nirrippristina r-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Issa jekk hemm min għandu x-xewqa li nibqgħu nġebbdu dan l-episodju biex isem pajjiżna ma jkolli qatt opportunità li nibqa’ nnaddfu allura qatt ma se naqblu. Sa Diċembru hemm żmien biżżejjed biex tingħalaq.”

Intant il-Prim Ministru kompla fuq kliem martu, is-Sinjura Lydia Abela, li dan il-Gvern irid ikompli jtejjeb il-fiduċja tan-nies fil-politiċi Maltin.

“Jiena nemmen li bil-mod sempliċi trid tkun ta’ eżempju għal ħaddieħor. Li għaż-żgħażagħ tagħna, l-istudenti tagħna, il-familji tagħna jħarsu lejk u jgħidu ma’ dak il-persuna, mal-Prim Ministru jiena nista’ nassoċċja għax huwa bniedem bħalna, bniedem li jħobb l-affarijiet sempliċi fil-ħajja, bniedem normali imma li tiġi għall-mument tad-deċiżjoni joħodha iebsa kemm hi iebsa, diffiċli kemm hi diffiċli u li f’ħajtu għex ħajja normali u ma jippridkax mod u llum nagħmlu mod ieħor.”

 

Comments Box SVG iconsUsed for the like, share, comment, and reaction icons
Partit Laburista
9 hours ago
Partit Laburista
1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn. 

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org

1️⃣,2️⃣3️⃣6️⃣ membru ġdid jew li ġedded is-sħubija tiegħu mal-Partit Laburista f’jumejn.

Issieħeb magħna billi ċċempel fuq 51602034 jew ibgħat SMS fuq 50619275 jew inkella ssieħeb onlajn fuq www.partitlaburista.org
... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 61
  • Comments: 1

Comment on Facebook

Partit Laburista
16 hours ago
Partit Laburista
RENEW

Ingħaqad magħna! ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 51
  • Shares: 62
  • Comments: 0

Comment on Facebook

Partit Laburista
1 day ago
Partit Laburista
Ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista

It-twemmin soċjalista tagħna qatt mhu se jħallina nkunu indifferenti. Għalhekk għandek tingħqad magħna s-Sibt li ġej fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 58
  • Shares: 46
  • Comments: 7

Comment on Facebook

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL DAK KOLLU LI QED TAGHMLU GHAL Malta 🇲🇹 👌 GVERN Tar- RIFORMI, TA' VERU GHAX MA JIBZAX JEHODHOM.

Tajjeb

socjalista ??? din xi tkun dil kelma ?? grazzi rajtha qalbek

PAROLI FIL VOJT U FEJN THARES TARA L HBIP TAL HBIP.

Hadd ma jaqa lura imma malta waqet lura ghax mill hazin ghall ghar

Ghadu Partit Socjalista,fil Verita m ghadux..

Dr Abela il bank ghandu il policies tieghu jigiefiri u mhux ha jiehu riskju kbir biex issellef flus lil nies mhux daqsek stabli.

View more comments

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 119
  • Shares: 93
  • Comments: 3

Comment on Facebook

Great picture Alfred Sant

Partit Laburista
2 days ago
Partit Laburista
Robert Abela

Robert Abela ... See MoreSee Less

View on Facebook
· Share
Share on Facebook Share on Twitter Share on Linked In Share by Email
View Comments
  • Likes: 644
  • Shares: 144
  • Comments: 51

Comment on Facebook

Prosit lil prim ministru, li qed jaghmel xoghol tajjeb hafna, imma nahseb minnu l isfel, hemm bzonn li jistmaw iktar lil min dejjem kien wara l partit biex illum jinsabu fejn qedin, ghax mid dehera, qed jonqsu l membri. U din se tirrifletti l quddiem.

Tinsewx toruhom ir raba sular

Well done to our Prime minister Robert Abela 👏👏❤️❤️

Kif tiskadili t tessera ma nergax ingeddida zgur li le ! Morru aqdu lin Nazzjonalisti kif ghamiltu qabel lelezzjoni ha tigbru l voti min hemm.

Luana Borg nies jihdu flats ,min partit ihor juru ic cwivet

Ajma hej. Kic gidep bhas soltu. Gidep. Anke l ihor Bendu ta. Gidep bis min Boby u Bendu. Hxejtuwh pajis. Zewg partijti tahxu lil Malta u lin nis.

Prosit lil mexxej Dr Robert Abela, lill-Amministrazzjoni tal-Partit u lil volontiera kollha.

Well done 👍

Issa jhallass lil min qdejtu mil koxxa. Hadd wara hadd tasal ta kullhadd. Jien meta fittixt lajnuna ma sibt lil hadd. Titnejku bin nies min ghalikom tridu.iggifuli lemm

done

Dak li gralkom hallejtu lil l-isviluppaturi jaghlu li ir-riedu mintoff biss hu hatt ghall haddiem

Prosit

Iridu jkeċċu nies mi djar, u jriduna nhallsu tessera. No

Prosit

Ghal hbieb tal hbieb biss!!!

Re New = Abort

Ara jistghux flok flus jghatu bottijiet u fliexken tal-plastik. Mhux fil-magni imma... Minn hemm. Kulhadd jiġi bil-boroz tal-fliexken u bottijiet...

Prosit dr abela u team tieghu

Prosit

ghandhom bzonn il flus ghax naqsulhom il bhahen

Proset Priministru w Tim Malta 🇲🇹 GHAL BIDLA TA' RIFORMI KBAR LI WETTAQTU.

Iktar moqdijien l ex nazzjonalisti,li gew mal lejber biex jakwistaw u jhaxnu bwiethom,milli moqdijien inthom il laburisti ta triq

Proset

Arani fuq quddim se nkun

Erfawli post quddiem.

View more comments

Load more

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

PQs

Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.

Reġistru Elettorali

Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.

Media

Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.

Statut

Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.

Għin

lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

għin lill-Partit Laburista

Sħubija

Donazzjoni

Merchandise

  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
  • Uffiċċju Elettorali
  • Manifest
logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek

logo

© Partit Laburista 2022

Agħti s-Suġġeriment Tiegħek