Għin
lill-Partit Laburista
June 28, 2023
Il-Prim Ministru f’San Ġwann, lokalità li se tgawdi minn għadd ta’ proġetti
Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela, ltaqa’ mal-komunità ta’ San Ġwann. Komunità attiva ħafna, b’ċentru kummerċjali bieżel u residenti li jipparteċipaw f’għadd ta’ attivitajiet li jżommu l-lokal ħaj, inkluż dawk organizzati jew appoġġjati mill-Kunsill Lokali.
Akkumpanjat mis-Sindku Trevor Fenech u kunsillieri tal-lokalità, il-Prim Ministru tkellem ma’ bosta residenti, kif ukoll sidien ta’ negozji żgħar li f’din il-lokalità jaqilgħu l-għajxien tagħhom. F’San Ġwann il-gvern qiegħed jappoġġja għadd ta’ proġetti b’mod partikolari dawk li joħolqu jew isebbħu spazji miftuħa. Postijiet mitluqa qed jingħataw dehra ġdida, filwaqt li qed ikunu pjanati wkoll proġetti li joħolqu spazji fejn m’hemmx, inkluż fejn illum huwa okkupat mill-karozzi.
Ċentrali f’dan kollu l-konsultazzjoni wiesgħa li qed issir mar-residenti, xi ħaġa li kienet innotata wkoll waqt iż-żjara li l-Prim Ministru għamel f’San Ġwann. Din iż-żjara hija waħda minn sensiela li l-Prim Ministru qed jagħmel fil-lokalitajiet u fuq il-postijiet tax-xogħol bil-għan li jisma’ u jifhem ir-realtajiet ta’ persuni minn setturi differenti. Dan biex il-Partit Laburista mill-gvern ikompli jfassal il-politika fuq l-aspirazzjonijiet tan-nies.
Filmat – https://we.tl/t-gY3RUJMIQh
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.