Għin
lill-Partit Laburista
December 3, 2019
Il-proċess għall-ħatra ta’ Mexxej ġdid tal-PL
L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-proċess li bih se ssir l-elezzjoni ta’ Mexxej ġdid tal-Partit Laburista.
L-Eżekuttiv approva l-aġenda u d-dati għall-Konferenza Ġenerali u l-Kungress tal-membri.
In-nomini se jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Diċembru u jagħlqu l-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2019.
Il-Konferenza Ġenerali se ssir nhar it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Jannar, 2020.
F’każ ta’ iktar minn żewġ kandidati jkun hemm vot fis-7 ta’ Jannar biex l-iktar tnejn li jġibu ammont ta’ voti jgħaddu għall-votazzjoni tal-Kungress.
Il-Kungress se jsir fl-10, 11 u 12 ta’ Jannar, 2020, bil-votazzjoni mill-membri eleġibbli ssir fil-11 ta’ Jannar.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista flimkien mal-istrutturi rispettivi ser tkun responsabbli mill-proċess elettorali kollu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.