Għin
lill-Partit Laburista
June 19, 2020
Il-Qorti tikkonferma snin ta’ attakk inġust mill-PN
Sentenza li ngħatat mill-Qorti aktar kmieni din il-ġimgħa u li tat ġudizzju fuq il-ħatriet u l-ħiliet tal-persuni li llum imexxu l-Forzi Armati ta’ Malta hija konferma oħra ta’ snin ta’ tfigħ ta’ tajn mill-Partit Nazzjonalista kontra individwi li l-uniku “dnub” tagħhom kien li kienu lesti li jservu lill-pajjiż.
Il-Qorti kienet ċara ħafna fil-ħsieb tagħha dwar il-ħiliet tal-persuni li jinsabu fit-tmun tal-Forzi Armati ta’ Malta. Iżda, b’kuntrast maċ-ċertifikat li tat il-Qorti, esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista użaw l-aħħar snin biex fil-midja, fil-Parlament u kull meta ġihom iċ-ċans, iżebilħuhom u jattakkawhom personalment.
Dan hu stil ta’ politika li ilu li spiċċa żmien. Kull min ikun lest jagħti ħajtu għall-pajjiż għandu jsib l-appoġġ ta’ kull min qiegħed fil-politika.
Il-ħasra hi li dak li kien l-istil tal-Oppożizzjoni qabel l-2017, illum baqa’ jadottah il-Partit Nazzjonalista ta’ Adrian Delia. Saħansitra kien sa riċenti li sar attakk fuq it-tmexxija tal-istess armata u s-suldati li jservu fiha bl-ikbar ħila u dedikazzjoni. Mhux biss kien attakkat ix-xogħol tagħhom iżda saħansitra kienu mhedda bil-ħabs.
Il-Forzi Armati ta’ Malta dejjem għamlet lil Malta kburija. Fl-aħħar snin kompliet tikseb ir-riżultati. Wieħed jittama li din is-sentenza tiftaħ għajnejn il-Partit Nazzjonalista u jibdel l-attitudni tiegħu.
Ibgħat id-domanda parlamentari li tixtieq titressaq minn deputat tal-Partit Laburista.
Biex tivvota trid tkun fir-reġistru elettorali. Iċċekja hawn jekk tinsabx fir-reġistru elettorali.
Agħmel kuntatt mal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista billi tgħafas hawn.
Il-Partit Laburista huwa regolat minn statut. Ara kopja tal-istatut billi tgħafas fuq il-link hawn taħt.